International Sports
L-ISSF tgħid li m’għandhiex bżonn għajnuna finanzjarja mill-Kumitat Olimpiku Internazzjonali

L-ISSF il-Federazzjoni tal-Isport tal-Isparar bgħatet ittra lill-Kumitat Olimpiku Internazzjonali tinfurmah li m’għandhiex bżonn ta’ ebda għajnuna finanzjarja minkejja l-pandemija tal-COVID-19 affetwat ukoll l-Isport tal-Isparar.

L-ISSF hi kkunsidrata bħala waħda mill-iktar federazzjonijiet internazzjonali b’saħħithom finanzjarjament hekk kif hi mmexxija mill-President Russu Vladimir Lisin li hu miljunarju u kien elett fil-kariga sentejn ilu.

Fost il-Federazzjonijiet Internazzjonali li rrifjuataw l-għajnuna finanzjarja forma ta’ advance cash loans jew antiċipazzjoni ta’ flus mid-dħul tad-drittijiet televiżivi tal-Olimpijadi ta’ Tokjo hemm ukoll il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Weightlifting u l-Federazzjoni Internazzjonali tal-Handball.

Il-KOI lest jgħin lill-Kumitati Olimpiċi kollha li kien se jkollhom xi atleti jieħdu sehem f’wieħed mit-32 sport li kienu skedati fl-Olimpijadi ta’ Tokjo li issa ġew posposti għas-sena d-dieħla.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.