Motorsport
L-istaġun tal-IndyCar ser jibda f’Ġunju

L-istaġun tal-IndyCar ser jibda fis-6 ta’ Ġunju mingħajr spettaturi, u dan wara sospensjoni ta’ diversi ġimgħat minħabba l-imxija tal-coronavirus. F’Texas, l-Istati Uniti, l-istaġun suppost inbeda f’nofs Marzu, imma kellu jiġi pospost bi kważi tliet xhur. Ir-ritorn tal-IndyCar ser ikun differenti minn kif kien ippjanat, għaliex issa kollox irid isir f’ġurnata waħda. Il-provi liberi u l-kwalifikazzjoni flimkien mat-tellieqa ser isiru kollha fl-istess jum, u dan minħabba l-miżuri imposti fuq dan l-isport.

Skont il-President tal-IndyCar Jay Frye, l-organizzaturi tkellmu għal sigħat twal mal-awtoritajiet tas-saħħa sabiex ikun imfassal protokoll mediku li jieħu ħsieb is-saħħa ta’ kulmin ser ikun involut fit-tlielaq. Fil-fatt mhux ser jitħallew jidħlu ħafna nies fiċ-ċirkwit, fejn anke t-timijiet iridu jillimtaw in-numri ta’ persuni li jkunu preżenti.

Il-kompetizzjoni tal-Indianapolis 500 diġà ġiet posposta mill-24 ta’ Mejju għat-23 t’Awwissu, filwaqt li l-15-il tellieqa tal-IndyCar ippjanati għal din is-sena ser isiru kollha kif ippjanat.

Aktar kmieni din il-ġimgħa n-NASCAR ħabbru li l-istaġun ser jitkompla mis-17 ta’ Mejju.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Atletika

Il-maratona ta’ Boston li suppost kellha ssir f’April li għadda u kienet posposta għal Settembru minħabba l-pandemija tal-Covid-19, issa spiċċat ikkanċellata għall-ewwel darba fl-istorja. L-organizzaturi qalu li sfortunatament, għall-ewwel darba…

Futbol internazzjonali

Il-Kampjonat Premier Ingliż ser jirritorna fis-17 ta’ Ġunju wara li l-amministrazzjoni tal-Premier League ltaqgħet mal-20 klabb tal-ogħla diviżjoni fl-Ingilterra. Il-kampjonat mistenni jirritorna matul il-ġurnata tal-Erbgħa, bil-logħbiet Aston Villa – Sheffield…

COVID-19 Sports

Il-Clubs tal-Premier fl-Ingilterra vvutaw b’mod unanimu favur li jibda t-taħriġ normali inkluż li jista’ jsir kuntatt fi small sided games u anke jistgħu isiru tackles. Dan il-vot ironikament wasal sigħat…

Basketball

F’laqgħa tal-Kunsill tal-Malta Basketball Association li saret l-Erbgħa filgħaxija ġie deċiż li l-kampjonati kollha tal-basketball jiġu kkanċellati għal dan l-istaġun. Wara li x-xahar li għadda kienu kkanċellati l-kampjonati tal-irġiel u…

Aktar