
Olimpijadi TOKYO 2020
L-Istati Uniti mhux se tkun qed tagħmel bojkott għall-Olimpjadi tax-Xitwa tas-sena d-dieħla f’Beijing
L-Istati Uniti mhux qed tiddiskuti possibbilment bojkott għall-Olimpjadi tax-Xitwa ta’ Beijing tas-sena d-dieħla minħabba l-allegat abbuż fuq id-drittijiet tal-bniedem.
Dan qalu s-Segretarju tal-Istampa fil-White House, Jen Pseki.
Pseki qal li l-pożizzjoni tal-Istati Uniti għadha l-istess, jiġifieri li m’hemm l-ebda diskussjoni fuq xi possibbilment bojkott għal dawn il-Logħob u mhu se tkun qed tingħaqad mal-ebda pajjiż ieħor li jkun se jagħmel dan.
Kelliemi tad-Dipartiment tal-Istat, iktar kmieni din il-ġimgħa, qal jista’ jkun li l-Istati Uniti ma jipparteċipawx f’dan il-Logħob.
Xi Repubblikani kienu pprotestaw u talbu lill-amministrazzjoni ta’ Joe Biden biex l-Amerka tibbojkottja dawn il-Logħob.