Olimpijadi TOKYO 2020
L-Istati Uniti u l-Ġappun jieħdu t-tieni rebħa fis-Softball, bl-Awstraljani jieħdu l-ewwel rebħa

Softball tan-Nisa

Stati Uniti  1-0  Kanada

Rebħa minima għall-Istati Uniti fl-ewwel logħba tal-Ħamis tas-softball li ntlagħbet fil-Fukushima Azuma Stadium. L-Amerikani rnexxilhom jirbħu l-ħames inning 1-0, bis-sitt innings oħra jispiċċaw kollha f’parità ta’ 0-0.

 

Messiku  2-3  Ġappun

Bħalma għamlu l-Amerikani qabilhom, anke l-Ġappuniżi ħarġu rebbieħa, din id-darba kontra l-Messiku 3-2. Il-Ġappuniżi rebħu t-tieni inning 1-0, filwaqt li fil-ħames inning spiċċaw 1-1. Fis-seba’ inning il-Messikani ġabu l-iskor indaqs meta rebħuh 1-0, u allura l-iskor parzjali kien 2-2, biss fit-tmien u l-aħħar inning kienu l-Ġappuniżi li ħarġu rebbieħa 1-0, b’riżultat finali ta’ 3-2.

 

Italja  0-1  Awstralja

It-tfajliet Awstraljani ħadu l-ewwel rebħa f’din l-edizzjoni tal-Olimpjadi meta għelbu lill-Italja 1-0. Kien fit-tieni inning li l-Awstrlajani ħarġu rebbieħa, bl-innings l-oħra kollha jispiċċaw 0-0.

 

Għada l-Ġimgħa hija ġurnata ta’ mistrieħ għat-timijiet tan-nisa tas-softball, bil-kompetizzjoni tirritorna lura s-Sibt li ġej.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA