Boxing
L-istorja ta’ Miriam Gutierrez – minn omm abbużata tispiċċa champion Ewropea tal-Lightweight

L-Ispanjola Miriam Gutierrez kellha sena pjuttost imħallta imma sodisfaċenti. Wara li kienet sfat abbużata mill-partner tagħha waqt it-tqala bl-ewwel tarbija tagħhom, Gutierrez l-ewwel użat il-boxing u issa anke l-politika biex tiġġieled għad-drittijiet tan-nisa.

F’Marzu li għadda, Miriam Gutierrez saret iċ-champion Ewropea tal-lightweight u f’Mejju li għadda kienet eletta bħala Kunsilliera fil-Kunsill Lokali ta’ Madrid fi Spanja. Jidher li Gutierrez ma tridx tieqaf hawn, għaliex qiegħda tkompli titħarreġ sabiex tikkompeti għat-titlu dinji tal-lightweight, u dan sabiex tkompli l-kampanja tagħha favur id-drittijiet tan-nisa. Imlaqqma bħala r-‘Reġina,’ Gutierrez qed tifttex li l-kampanja tagħha teħodha wkoll barra Spanja, minħabba li f’pajjiżha l-vjolenza domestika spiċċat wisq poliċitizzata u diviżiva.

Miriam Gutierrez għandha żewġt itfal u fi kliemha stess, meta kien għad kellha 21 sena u kienet fit-tmien xahar tat-tqala, il-partner li kellha dak iż-żmien tant sawwatha li spiċċat welldet qabel ma’ kien mistenni. Bid-daqqiet li taha spiċċat b’diversi għadam minn wiċċha miksur, imma fortunatament għaliha rnexxielha żżomm lit-tarbija ħajja f’ġufha.

Minn dak l-episodju orribbli, Gutierrez ma qatgħetx qalbha u għalkemm waqfet mill-boxing għal madwar sena u nofs, hija bdiet iżżur l-iskejjel sabiex titkellem dwar il-vjolenza domestika, il-bullying, u anke kif wieħed jista’ jiddefendi ruħi f’ċertu każijiet.

 

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Boxing

Il-Ġimgħa filgħaxija ser issir The Southpaw Fight Night Boxing Event f’Montekristo Estate. Żgur illi l-ġlieda tal-ġurnata ser tkun bejn iċ-champion tal-heavyweight Malti Billy ‘The Hitman’ Corito, u ċ-champion Brittaniku Peter…

Boxing

Il-boxer Amerikan Patrick Day tilef ħajtu matul il-ġurnata tal-Erbgħa wara li sofra daqqiet f’rasu li ħallew f’qagħda kritika u swewh ħajtu. Il-ġlieda tal-USBA Super-Welterweight bejn Patrick Day u Charles Cornwell…

Boxing

Boxing: Illum sar il-weighing in tal-boxers kollha li s-Sibt se jkunu qed jiġġieldu waqt l-avveniemnt ‘The Professionals’ li se jisr fil-Lukanda Dolmen il-Qawra. L-avveniment li hu organizzat minn Prize Boxing…

Boxing

Boxing: Għall-ewwel darba fl-istorja tal-isport fil-Lvant Nofsani se tkun organizzata ġlieda boxing għal titlu mondjali. Din l-aħbar kienet ikkonfermata llum hekk kif id-direttur eżekuttiv tal-kumpanija mondjali Matchroom Sports Barry Hearn…

Aktar