Futbol internazzjonali
L-Italja taħt tensjoni kbira qabel il-partita tal-lejla kontra l-Iżvezja, diretta TVM2 fid-20.45

L-Italja tinsab taħt tensjoni u pressjoni kbira hekk kif illejla jilagħbu t-tieni leg tal-play-off kontra l-Iżvezja. L-Italja tibda bi żvantaġġ ta’ 1-0 wara l-ewwel leg tal-Ġimgħa. Dan ir-riżultat jista’ jkun xi ftit perikoluż għaliex jekk l-Italja ssofri gowl, tkun trid tiskurja tlieta biex tikkwalifika.

L-Azzurri se jilagħbu l-konfront tal-lejla quddiem aktar minn 70,000 spettatur fi Stadio Giuseppe Meazza ta’ San Siro, f’Milan. Jekk l-Italja jfallu l-kwalifikazzjoni, tkun l-ewwel darba mill-1958 lil hawn.

Gianluigi Buffon, captain tal-Italja qal li din hi fost l-aktar partiti importanti fil-karriera tiegħu u jqis il-konfront tal-lejla bħala partita kruċjali fl-Istorja tal-futbol Taljan. Buffon qal li t-tim kollu jinsab taħt pressjoni u tensjoni li iżda għandhom esperjenza biżżejjed biex jegħlbuha.

Buffon, li se jirtira fl-aħħar tal-istaġun, se jkun qed jilgħab il-175 partita bil-flokk nazzjonali Taljan.

Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Illum tkompli l-UEFA Europa League bil-ħames partita tal-ewwel fażi tal-gruppi. Illum tintlagħab partita fil-5.00pm, dik bejn Astana u Villareal; ikollna 13-il partita fis-7.00pm u 10 partiti oħra fid-21.05. TVM2 ixandar…

Futbol internazzjonali

UEFA Champions League: Chelsea u Barcelona żiedu isimhom ma’ Bayern Munich, Beşiktaş, Manchester City, Paris Saint-Germain, Real Madrid, u Tottenham Hotspur mal-aħħar sittax biex issa t-timijiet kwalifikati b’kollox huma tmienja:…

Futbol internazzjonali

Ange Postecoglou irrżenja minn coach tat-team nazzjonali tal-football tal-Awstralja u allura mhux se jakkumpanja lit-team waqt it-Tazza tad-Dinja Russja 2018. Is-Socceroos irnexxielhom jikkwalifikaw wara żewġ playoffs kontra s-Syria u l-Hunduras…

Futbol internazzjonali

UEFA Champions League: Tmien partiti li ntlagħbu t-Tlieta u li għalqu l-ħames ġurnata tal-fażi tal-gruppi għal 16-il tim. Grupp E Spartak Moscow 1 – Maribor 1 Ir-Russi fil-vantaġġ wara b’gowl…

Aktar