Futbol internazzjonali
L-Italja tirbaħ il-UEFA eEURO 2020

L-Italja rebħet l-ewwel tournament tal-UEFA eEURO 2020. Dan it-tournament inawgurali sar biex jieħu post l-EURO 2020 li suppost kellha tibda fl-ewwel jiem ta’ Ġunju li ġej.

Il-finali kienet fuq ħames rounds kontra s-Serbja u l-Italja rebħet 3-1. Ir-rappreżentanti tal-Italja kienu AlonsoGrayfox, Naples17x, Nicaldan u Genoa_Npk02.

Aktar qabel l-Italja eliminat lill-Iżrael u Franza fil-kwarti u s-semifinali rispettivament.

Il-parteċipanti f’isem l-Italja rebħu €40,000 fl-akbar efootball tournament li qatt sar, bil-55 pajjiż affiljati fil-UEFA jieħdu sehem f’dan it-tournament.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Stennija kbira fi Spanja llum għaliex illejla jista’ jkun hemm tim rebbieħ f’La Liga. Meta fadal żewġ logħbiet għal tmiem l-istaġun Real Madrid jinsabu b’4 punti distakk minn Barcelona u…

Futbol internazzjonali

Sassuolo 3   Juventus 3 Sassuolo żammew draw lil Juventus f’darhom biex b’hekk it-tim ta’ La Vecchia Signora għandu distakk ta’ 7 punti fil-quċċata tal-klassifika, vantaġġ pjuttost komdu meta fadal ħames…

Futbol internazzjonali

Arsenal 2   Liverpool 1 Fl-Emirates Stadium Arsenal ħarġu rebbieħa fuq iċ-champions Liverpool bl-iskor ta’ 2-1, biex b’hekk ir-Reds ma jistgħux jilħqu r-rekord li kienu waqqfu Manchester City, dak li jilħqu…

Futbol internazzjonali

Fl-Italja, l-President ta’ Lazio, Claudio Lotito, qal li f’dawn il-jiem kien qed jikkunsidra sabiex jibgħat lill-players tiegħu għal irtir twil wara r-riżultati negattivi li kellu t-team fis-Serie A Lazio tilfu…

Aktar