Futbol internazzjonali
L-Iżrael bl-ewwel referee transgender fil-Premier League

L-ewwel referee transgender fl-Iżrael, Sapir Berman, għamlet l-istorja t-Tnejn li għadda meta kkontrollat partita mill-Premier League għall-ewwel darba.

Il-partita kienet bejn Beitar Jerusalem u Hapoel Haifa.

Berman, ta’ 26 sena, li kienet diġà waħda mill-aqwa referees fil-pajjiż, qalet li minn ta’ età żgħira dejjem rat lilha nnifisha bħalha mara.

F’konferenza stampa, hija qalet li l-plejers fil-pitch diġà jitkellmu magħha daqslikieku mara u dan jagħmilha kuntenta ħafna.

Barra mill-istadium fin-naħa ta’ fuq tal-belt ta’ Haifa, iċ-ċittadini waħlulha banner bil-kitba: “Berman, mara b’saħħitha, inkredibbli u kuraġġuża.”

Berman mhijiex l-ewwel referee transgender fid-dinja tal-futbol.

L-Ingliża Lucy Clark, kienet l-ewwel referee transgender fl-2018.

Miktub minn...
TVM Sport