Futbol internazzjonali
L-Iżvizzera u l-Kroazja jikkwalifikaw għat-Tazza tad-Dinja 2018

PLAYOFFS KWALIFIKAZZJONIJIET EWROPEJ

GREĊJA………………….0

KROAZJA……………….0

(AGGREGATE 4-1 FAVUR IL-KROAZJA)

Il-Kroazja wkoll jirnexxielha tikseb il-kwalifikazzjoni għall-edizzjoni tas-sena d-dieħla fir-Russja wara draw ta’ 0-0 fil-Greċja eżattament ġewwa l-Karaiskaki Stadium. L-ewwel leg kien intemm 4-1 favur il-Kroati u allura kważi kienet fatta diġa’ iżda l-Griegi riedu jippruvaw il-punt tagħhom li waslu s’hawn u ma ċedewx pulzier tul id-90minuta quddiem il-publiku taggħhom.

0-0 ir-riżultat finali f’logħba li kien fiha diversi azzjonijiet u ċansijiet ta’ skor. Ovvjament konċentrazzjoni massimu mill-players Kroati li bi kwalifikazzjoni virtwalment akkwistata fl-ewwel leg huma ma riedux jirriskjaw xejn u lagħb  kawti tul il-logħba kollha.

Riżultat finali ta’ 0-0 il-Kroazja tikkwalifika bl-aggregate score ta’ 4-1.

Referee kien Bjoern Kuipers (Olanda)

 

 

ŻVIZZERA………………..0

IRLANDA TA’ FUQ……0

(AGGREGATE 1-0 FAVUR L-IŻVIZZERA)

Wara li fl-ewwel leg fl-Irlanda l-Iżvizzeri kienu rebħu b’goal minn penalty dubjuż u kontroversjali, il-Ħadd filgħaxija dawn iż-żewġ teams reġgħu ltaqgħu għat-tieni leg din id-darba fis-St. Jakob Park.

Draw f’partita nieqsa minn ħafna emozzjonijiet biż-żewġ teams jippruva iħallu kollox għall-aħħar hekk kif kien hemm il-biża’ li jekk l-Iralandiżi jirbħu 1-0 il-logħba tidħol fil-ħin barrani. Dan ma seħx għaliex l-iskor baqa’ ma nfetaħx matul id-90minuta u 0-0 finali kien ifisser li l-Iżvizzera jgħaddu b’aggregate score ta’ 1-0 għat-Tazza tad-Dinja Russja 2018. Biki ta’ ferħ u ċelebrazzjonijiet fi tmiem il-logħba hekk kif il-kowċ Vladimir Petkovic wassal lit-team Żvizzeru għal dan is-suċċess meritat.

Referee kien: Felix Brych (Germanja)

 

Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali, Futbol lokali

Goal ieħor illum għall-Player internazzjonali Malti Jean Paul Farrugia li skorja ma’ Chiasso fil-kampjoant Svizzeru fit-telfa tat-team tiegħu 4-1 kontra Aarau. Chiasso jilgħabu fit-tieni Diviżjoni tal-kampjonat fl-Iżvizzera u bħalissa jinsabu…

Futbol internazzjonali

Fil-logħob illi ntlagħab tard il-Ħamis filgħaxija, Napoli spiċċaw maħsuda f’darhom, u Atletico Madrid flimkien ma’ AEK Athens għandhom sieq ġewwa fil-fażi li jmiss. Steaua Bucharest 1  Lazio 0 Telfa għal…

Futbol internazzjonali

Crvena Zvezda 0  CSKA Moscow 0 F’logħba li ntlagħbet nhar it-Tlieta li għadda, Crvena Zvezda u CSKA Moscow ħallew kollox għat-tieni leg meta ma rnexxilhomx isibu x-xibka avversarja, u spiċċaw…

Futbol internazzjonali

UEFA Champions League: l-Erbgħa filgħaxija żewġ partiti oħra tal-ewwel leg tar-Round tas-16. L-iktar konfront mistenni ra liċ-champions Ewropej Real Madrid jirkupraw minn goal minn taħt fis-Santiago Bernabeu biex jirbħu 3-1…

Aktar