Atletika
L-MAAA bit-tieni avveniment tal-atletika llejla

Wara li nhar is-Sibt li għadda l-kompetizzjonijiet tal-atletika f’pajjiżna rritornaw b’għadd ta’ riżultati tajbin, il-Malta Amateur Athletic Association se tkun qed terġa’ tilqa’ lill-atleti fit-trakka tal-Marsa llejla fit-tieni avveniment tagħha tul dan is-sajf.

L-atleti lokali rritornaw lura għall-kompetizzjonijiet b’għadd ta’ ħinijiet u distanzi tajbin wara xhur weqfin mill-attività kompetittiva, u b’hekk hemm stennija għal prestazzjonijiet aħjar f’din it-tieni opportunità fejn l-aqwa atleti f’pajjiżna jistgħu jittraduċu xhur ta’ taħriġ intensiv f’riżultati prestiġjużi.

Dan it-tieni avveniment se jfisser ukoll ir-ritorn tat-tiġrijiet bil-hurdles, li kienu assenti fl-ewwel meeting, b’100 metru għan-nisa, 110m għall-irġiel u 400 metru.

Għal darb’oħra se jkunu osservati protokolli stretti tas-saħħa u s-sigurtà skont id-direttivi tal-awtoritajiet tas-saħħa biex jitħarsu l-atleti u l-uffiċjali. Madankollu, wara li fil-ġranet li għaddew tneħħiet l-emerġenza tas-saħħa pubblika, il-pubbliku lokali se jkun jista’ jattendi għal dan l-avveniment.

Il-kompetizzjonijiet tas-Sibt se jservu wkoll biex l-atleti jkomplu jħejju ruħom għaċ-Challenge Meetings li se jsiru aktar tard dan ix-xahar u eventwalment għall-Kampjonati Nazzjonali tant mistennija li jwasslu dan l-istaġun tant twil għat-tmiem tiegħu fit-22 u t-23 ta’ Awwissu.

L-atleti jkunu wkoll qed iżidu r-ritmu tagħhom fl-aħħar parti tal-istaġun bit-tama li jiksbu Seasonal Bests – l-aqwa riżultati fl-istaġjun, u possibbilment jiksbu ħinijiet li jippermettulhom jikkwalifikaw għal avvenimenti internazzjonali fl-istaġun li ġej.

Il-programm sħiħ tal-lum hu kif ġej.

MAAA Micro Event 2 – Programm

Matthew Micallef St John Track, Marsa

 

Avveniment Kategorija

(Seniors U18, U20, U23)

Nisa / Irġiel Ħin
400 m Hurdles Sen, U18, U20, U23 Irġiel 1700 hrs
400 m Hurdles Sen, U18, U20, U23 Nisa 1700 hrs
Hammer Throw Sen, U18, U20, U23 Irġiel 1715 hrs
Hammer Throw Sen, U18, U20, U23 Nisa 1715 hrs
110 m Hurdles Sen, U18, U20, U23 Irġiel 1720 hrs
100 m Hurdles Sen, U18, U20, U23 Nisa 1720 hrs
100 m Sen, U18, U20, U23 Irġiel 1740 hrs
Discus Sen, U18, U20, U23 Irġiel 1800 hrs
Discus Sen, U18, U20, U23 Nisa 1800 hrs
100 m Sen, U18, U20, U23 Nisa 1805 hrs
400 m Sen, U18, U20, U23 Irġiel 1830 hrs
Shot Put Sen, U18, U20, U23 Irġiel 1900 hrs
Shot Put Sen, U18, U20, U23 Nisa 1900 hrs
Long Jump Sen, U18, U20, U23 Irġiel 1900 hrs
Long Jump Sen, U18, U20, U23 Nisa 1900 hrs
400 m Sen, U18, U20, U23 Nisa 1945 hrs
Miktub minn...
TVM Sport
.