Futbol lokali
L-MFA bi ftehim mat-Taqsima tat-Tindif u l-Manutenzjoni bil-għan li tistabilixxi pjan ta’ ħidma għat-tliet snin li ġejjin

L-MFA iffirmat ftehim mat-Taqsima tat-Tindif u l-Manutenzjoni bil-għan li tistabilixxi pjan ta’ ħidma għat-tliet snin li ġejjin rigward l-artijiet tal-assoċjazzjoni f’Ta’ Qali.

It-Taqsima hija l-entità nazzjonali responsabbli mit-tindif u ż-żamma tal-ambjent u tgħin diversi entitajiet oħra fosthom kunsilli lokali f’dan is-settur.

Il-ftehim ġie ffirmat fil-preżenza tal-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo, is-Segretarju Parlamentari għall-ħarsien tal-konsumatur Deo Debattista, u d-Direttur Ġenerali tat-Taqsima Ramon Deguara: kif ukoll il-President tal-MFA Bjorn Vassallo.

Miktub minn...
TVM Sport