Futbol lokali
L-MFA diżappuntata għan-nuqqas tal-Gvern u l-Awtoritajiet tas-Saħħa li jneħħu l-projbizzjoni imposta fuq l-isport bil-kuntatt

Is-Sospensjoni estiża tal-isport timmina l-isforzi tal-aħħar xhur, Konferma li l-isport hu meqjus biss bħala attività tad-dilettanti.

Il-Malta Football Association qed tesprimi d-diżappunt tagħha għallmiżuri mħabbra l-Erbgħa mill-Gvern u l-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika.

L-MFA kienet ilha għal dawn l-aħħar ġimgħat titlob lill-awtoritajiet biex tkun irtirata l-projbizzjoni fuq l-isport organizzat f’livell ta’ elite, bħatTim Nazzjonali, il-Kampjonat Premier u ċ-Challenge League.

Fl-aħħar xhur saru sforzi kbar biex il-futbol f’dan il-livell seta’ jitkompla mingħajr perikli għas-saħħa pubblika, fost l-oħrajn b’sistema ta’ contact tracing lill-players u impjegati oħra direttament involuti fil-futbol, liema sforzi u protokolli ġew maqbula mad-Dipartiment tas-Saħħa.

Fl-aħħar xhur saru ‘l fuq minn 3,500 contact tracing, bl-Assoċjazzjoni terfa’ waħedha l-piż finanzjarju ta’ dan kollu. Dan minbarra li tul dan listaġun twettqu mal-4,000 swab test, biex il-futbol jibqa’ għaddej, blistess MFA ssofri telf finanzjarju kbir u li sa issa diġà qabeż iż-żewġ
miljun ewro.

Dawn l-isforzi kollha spiċċaw mormija bid-deċiżjoni tal-lum li ma tkunx irtirata l-projbizzjoni fuq il-contact sport.

It-tali deċiżjoni tibgħat sinjal ċar kemm il-mentalità sportiva f’dan ilpajjiż għadha ‘l bogħod biex tkun f’livelli professjonali. Din id-deċiżjoni
timmina wkoll kull sforz tal-awtoritajiet tal-futbol f’Malta, jiġifieri lMFA, fl-isforzi ma jaqtgħu xejn minn naħa tagħha biex tgħolli l-livell tal-
logħba tal-futbol f’dan il-pajjiż, liema progress beda jidher ftit ftit anke fit-Timijiet Nazzjonali tagħna.

Minkejja diversi preżentazzjonijiet lill-awtoritajiet, id-deċiżjoni tal-lum ma tagħti l-ebda konsiderazzjoni fuq l-impatt soċjali u ekonomiku talgħixien tal-players, tal-istaff tekniku u tal-amministraturi oħra li jaqilgħu l-ħobża mil-logħba tal-ballun.

Dan apparti s-sostenn ekonomiku u soċjali li l-futbol joffri fejn tidħol saħħa, fuq quddiem nett il-pjaga tal-obeżità f’dan il-pajjiż.

Il-futbol f’Malta jimpjega mal-ħmistax-il elf persuna, direttament u indirettament, madanakollu huwa wkoll l-uniku pajjiż fl-Ewropa fejn lelite sport ġie sospiż.

Dan filwaqt li statistika tal-Awtoritajiet tas-Saħħa turi bl-aktar mod ċar li l-impatt tal-isport fuq l-imxija tal-pandemija huwa negliġibbli, anke
meta wieħed jinkorpora l-Kampjonati tad-dilettanti u lkompetizzjonijiet taż-żgħażagħ.

Protokoll għar-ritorn tal-attività mill-MFA wkoll jikkonferma din it-teżi.

Id-deċiżjoni tal-lum titqies bħala déjà vu għal dak li ġara fl-istaġun li għadda, meta s-sospensjoni estiża tal-contact sport tikkonferma li lisport f’dan il-pajjiż għadu jitqies f’dimensjoni amatorjali.

Sadanittant il-Kumitat Eżekuttiv tal-MFA se jerġa’ jiltaqa’ kif skedat nhar il-Ġimgħa biex jiddiskuti din it-tema u l-impatt li t-tali deċiżjoni se
tħalli fuq il-kompetizzjonijiet domestiċi.

Miktub minn...
TVM Sport