Futbol lokali
L-MFA se tiltaqa’ mal-klabbs tal-Ewwel Diviżjoni illum fis-14.00
Il-Malta Football Association se tkun qed tiltaqa’ mal-klabbs tal-Ewwel Diviżjoni llum wara nofsinhar. Il-laqgħa skedata għas-14.00 u se ssir b’mod virtwali.
Żewġ klabbs li tkellmu ma’ TVM Sport ikkonfermaw din il-laqgħa u b’mod kunfidenzjali qalulna li l-amministrazzjoni tal-MFA qiegħda taħdem fuq pjan li jista’ jwassal għal tibdil importanti fid-diviżjonijiet iż-żgħar tal-futbol Malti.
F’dan l-istadju l-ebda klabb tal-Ewwel Diviżjoni għadu ma jaf x’se jkun l-eżitu tal-klassifiċi tad-diviżjonijiet rispettivi għalkemm l-MFA dejjem saħqet li se timxi fuq id-direttivi tal-UEFA li jispeċifikaw li kull deċiżjoni tittieħed fuq mertu sportiv.
Din hi l-aħħar laqgħa minn sensiela tal-President Vassallo, li fihom dejjem kien akkumpanjat minn uffiċjali oħra tal-MFA.
Hu diġà ltaqa’ mal-klabbs tal-Premier, tat-Tieni, tat-Tielet u mal-klabbs Għawdxin kollha.
Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra

Il-Kummissarju tad-Dixxiplina tal-MFA illum ħareġ is-sospensjonijiet wara l-ewwel logħbiet tal-Kampjonat BOV Premier 2020/21. Fost il-lista ta’ tliet plejers li ġew sospiżi hemm il-plejer ta’ Lija Athletic Carl Joseph Cassar li…

MALTA ………….0 DANIMARKA….8 EURO 2021 TAN-NISA Telfa kbira ta’ 8-0 għal Malta kontra d-Danimarka illejla fis-Centenary Stadium. It-telfa hija s-sitt waħda għat-tfajliet Maltin minn tmien logħbiet s’issa fi Grupp B:…

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21 Valletta ………….4 Birkirkara……….2 Valletta fetħu l-impenji tagħhom staġjonali b’rebħa diffiċli ta’ 3-2 kontra Birkirkara. Kienet partita klassika bejn żewġ timijiet li mistennija jkunu fost il-protagonisti ewlenin…

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21 Ħamrun Spartans….5 Sirens………………….1 It-Taljani jgħidu, ‘Buona La Prima’. Hu hekk kien għal Hamrun Spartans. Il-Ħamruniżi jistgħu jgħidu li kellhom bidu brillanti tal-Kampjonat BOV Premier 2020/21 meta…

Aktar