Futbol lokali
L-MFA taħtar erba’ kowċis ġodda.. Winston Muscat kowċ ġdid tat-tim ta’ taħt id-19-il sena

Il-Malta Football Association tħabbar li għadha kemm ħatret erba’ kowċis ġodda fis-settur taż-żgħażagħ.

Winston Muscat ġie maħtur bħala kowċ tat-tim nazzjonali ta’ taħt id-19-il sena.

Muscat, li f’din il-kariga ħa post Wayne Attard, kiseb il-liċenzja UEFA Pro s-sena li għaddiet wara li temm b’suċċess il-kors organizzat mill-MFA.

Sadanittant iċ-Ċentru Tekniku kiseb ukoll is-servizzi ta’ Paul Gatt li se jkun qed jaħdem fl-akkademja u fl-iżvilupp tat-tfal minn età żgħira.

Gatt, li għandu l-liċenzja UEFA B u fil-futur qarib se jibda l-kors UEFA A, kiseb ukoll esperjenza pożittiva barra l-pajjiż wara li fl-aħħar sentejn ħadem fis-settur taż-żgħażagħ tal-klabb Taljan Lazio.

Min-naħa l-oħra dan huwa ritorn fiċ-Ċentru Tekniku għall-kowċ Mark Marlow biex din id-darba jieħu rwol ġdid bħala assistent kowċ tat-tim nazzjonali ta’ taħt is-17-il sena u kowċ tat-tfal ta’ taħt il-15-il sena.

Marlow, li fost numru ta’ kwalifiki għandu wkoll il-liċenzja UEFA Pro u l-UEFA A Youth Elite, jirritorna fiċ-Ċentru Tekniku tal-MFA wara perjodu ta’ sitt snin fis-settur taż-żgħażagħ ta’ Mosta FC.

Ħatra oħra fis-settur tal-coaching tal-MFA hija dik ta’ Gregory Degabriele bħala kowċ tal-fiżika biex jaħdem mill-viċin fl-akkademja mat-tfal minn etajiet żgħar.

Fil-passat, Degabriele kiseb esperjenza fuq livell ta’ klabbs fejn fl-aħħar snin ħadem fl-ogħla diviżjoni ma’ Ħamrun Spartans FC u Tarxien Rainbows FC. Minbarra li huwa kwalifikat bħala kowċ fuq il-fiżika, Degabriele għandu ukoll il-liċenzja tal-coaching UEFA B.

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

OFFSIDE se jkun programm ġdid dwar il-futbol lokali u aktar, kull Tnejn filgħaxija, wara l-partiti ta’ tmiem il-ġimgħa tal-Kampjonat BOV Premier. OFFSIDE jiddiskuti wkoll dak kollu li jkun għaddej fil-futbol…

Futbol lokali

Football lokali: Il-Club ta’ Valletta FC iffirma l-ftehim mal-investituri mil-Arabja Sawdija li fuqu ż-żewġ naħat kien ilhom jinnegozjaw għal diversi xhur. Il-President ta’ Valletta Football Club Victor Sciriha, kien akkumpanjat…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19 Floriana……0 Birkirkara…2 F’logħba xotta mill-azzjonijiet Birkirkara akkwistaw tliet punti importanti. L-ewwel azzjoni tal-partita tasal wara għaxar minuti loghob hekk kif pass fi tul Junior Cabral li…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19 Gżira Utd……..3 Hibernians……2 Gżira jerġgħu jitilgħu jokkupaw l-ewwel post fil-kampjonat premier hekk kif għelbu lil Hibernians 3-2,  bla dubju kienet logħba kumbattuta tul id-90 minuta bi…

Aktar