Futbol lokali
L-MFA tgħin fil-kawża kontra l-coronavirus…kmamar f’lukandi għas-spejjeż tagħha lill-persuni li qed jaħdmu fil-qasam tas-saħħa

Il-Malta Football Association bdiet tgħin ukoll fil-kawża ta’ kontra l-coronavirus. L-MFA qed twassal messaġġ ta’ solidarjetà, rispett reċiproku u għaqda.

Fi stqarrija fuq is-sit uffiċjali tagħha, l-MFA qalet li tinsab kommessa li tgħin mhux biex lill-familja tant kbira tal-futbol f’Malta iżda wkoll lill-pajjiż kollu.

TVM Sport ħa l-kummenti ta’ Bjorn Vassallo, President tal-MFA.

“L-MFA tħoss li permezz tal-fond tagħha tal-Football Social Responsability, hekk kif għamlet fl-aħħar snin u għenet fil-benefiċċjenza, din id-darba se ngħinu f’kawża ġusta ħafna lil dawk li qed jgħinu lil pajjiżna f’mument daqstant diffiċli meta milqgħutin minn dan il-virus. Din hi sitwazzjoni iebsa ħafna għal kulħadd. Il-familja tal-futbol se tgħin lil dawk li għandhom ir-responsabbiltàli jridu jgħinu lil ħaddieħor,” qal Vassallo.

L-MFA għamlet ftehim u allokat numru ta’ kmamar fi tliet lukandi differenti li s-sidien tagħhom huma kollha nies fil-futbol biex jingħataw lill-persuni li bħalissa qed jaħdmu fis-settur tas-saħħa kontra l-COVID-19.

L-MFA, filwaqt li rringrazzjat lis-sidien ta’ dawn il-lukandi, qalet ukoll li se tkun qed tidħol għall-ispejjeż tal-lukandi fejn se jkunu alloġġjati dawn il-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa.

L-MFA se tkun qed tkopri dawn l-ispejjeż mill-fond tagħha Football For Life.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

F’kitba li tella’ fuq il-profil tiegħu ta’ facebook ftit tal-ħin ilu, Paul Zammit, ħabbar li m’għadux kowċ ta’ Gżira United. Zammit qal li wara diskussjonijiet mal-President Sharlon Pace, intlaħaq qbil…

Futbol lokali

L-ex plejer nazzjonali Noel Turner inħatar Direttur Tekniku tal-Youths ta’ Sliema Wanderers FC. Turner hu ex plejer u captain ta’ Sliema Wanderers FC li magħhom rebaħ kull unur possibbli fil-futbol…

Futbol lokali

Illejla l-MFA u l-President Bjorn Vassallo taw l-ewwel reazzjoni tagħhom wara l-Kunsill tat-Tnejn li għadda fejn fih ittieħdu l-voti dwar l-eżitiċi finali tal-klassifiċi. F’konferenza stampa ta’ aktar minn siegħa li…

Futbol lokali

Bjorn Vassallo, il-President tal-Malta Football Association, se jkun qed jitkellem f’konferenza tal-aħbarijiet, illum fus-19.00. Il-konferenza se tixxandar diretta fuq TVM2. Il-President tal-MFA se jkun qed jitkellem għall-ewwel darba minn wara…

Aktar