Futbol lokali
L-MFA tħabbar il-finalisti tal-MFA Awards 2018-19

Permezz ta’ trażmissjoni fuq il-paġna ta’ facebook mmexxija minn Rodney Vassallo, l-Malta Football Association ħabbret il-finalisti kollha tal-edizzjoni ta’ din is-sena tal-MFA Awards 2018-19.

Is-serata finali se ssir nhar il-Ġimgħa 24 ta’ Mejju f’Dar il-Mediterran il-Belt Valletta u se tkun ippreżentata minn Clinton Buhagiar, Sarah Agius u Dorianne Mamo.

Għal sena oħra l-unika kategorija fejn hemm ħames finalisti u mhux tlieta hija l-kategorija tal-MFA player tas-Sena.

Il-Finalisti kollha tal-edizzjoni ta’ din is-sna huma dawn:

L-Aqwa Plejer tal-Ewwel Diviżjoni: Ige Adeshina (Sirens), Jurgen Debono (Naxxar Lions), Jackson Lima (Gudja United)

L-Aqwa Plejer tat-Tieni Diviżjoni: Lazar Doric (Mġarr United), Gilbert Martin (Fgura United), Felipe Pedrosa de Almeida (Birżebbuġa St Peters)

L-Aqwa Plejer tat-Tielet Diviżjoni: Bledi Alla (Attard), Claudio Calleja (Żurrieq), Liam Xuereb (Msida St Joseph)

L-Aqwa Plejer tal-Minors: Shaun Dimech (Valletta), Paul Mbong (Birkirkara), Andreas Vella (Hibernians)

Il-Plejer tas-Sena tan-nisa: Brenda Borg (Mġarr United), Hailey Bugeja (Mġarr United), Stephania Farrugia (Birkirkara)

L-Aqwa Plejer U19 tan-nisa: Hayley Bugeja (Mġarr United), Lucia Maya (Raiders Luxol), Kailey Willis (Birkirkara)

Futsal Plejer tas-Sena: Celino Alves (Luxol), Camilo Gomez (Valletta), Leanderson Sant’ Anna Coriolano (Luxol)

GFA Plejer tas-Sena: Ferdinando Apap (Victoria Hotspurs)Shaun Attard (Nadur Youngsters), Adrian Parnis (Victoria Hotspurs)

L-Aqwa Kowċ tas-Sena: Vincenzo Potenza (Senglea Athletic), Stefano Sanderra (Hibernians), Giovanni Tedesco (Ħamrun Spartans)

L-Aqwa Żagħżugħ tas-Sena: Juan Corbalan (Gżira United), Matthew Guillaumier (Birkirkara), Joseph Mbong (Hibernians)

L-Aqwa Barrani tas-Sena: Miguel Alba (Valletta), Haruna Garba (Gżira United), Taylon Marcolino (Hibernians)

MFA Plejer tas-Sena: Andrei Agius (Hibernians), Henry Bonello (Valletta), Steve Borg (Valletta), Jake Grech (Hibernians), Rowen Muscat (Valletta)

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Id-difensur ta’ Hibernians Andrei Agius rebaħ għall-ewwel darba l-unur tal-Player tas-Sena tal-MFA . Agius kien kolonna fid-difiża ta’ Hibernians li kellhom staġun pożittiv minkejja li dawn spiċċaw mingħajr ma’ rebħu…

Futbol lokali

Illum tkomplu u tlesta l-MFA Symposium li kien organizzat f’Dar il-Mediterran fil-Belt Valletta. Dan is-symposium wassal tagħrif ta’ opportunitajiet fid-dinja diġitali tal-lum. Is-Symposium fetaħ b’diskors tal-President tal-MFA Norman Darmanin Demajo…

Futbol lokali

Darren Abdilla hu l-kowċ il-ġdid ta’ Valletta FC. Hu ffirma kuntratt li se jorbtu mal-klabb sal-istaġun 2021/2022. L-aħbar saret uffiċjali ilbieraħ filgħaxija. Abdilla kien strumentali biex Gżira United FC għamlu…

Futbol lokali

Bob Higgins, l-ex Youth Development Officer tal-Malta Football Association, instab ħati fuq 45 kap ta’ akkuża ta’ abbuż sesswali fuq 23 tifel. Higgins kien ingħata din il-kariga fl-MFA f’Lulju tal-1989…

Aktar