Futbol lokali
L-MFA tiltaqa’ mal-Presidenti u d-Delegati tal-klabbs dwar il-Premier League Clubs’ Association

L-uffiċjali tal-Malta Football Assocation iltaqgħu mal-Presidenti u d-Delegati tal-klabbs tal-Kampjonat Premier biex jiddiskutu l-Assoċjazzjoni l-ġdida tal-klabbs tal-Premier League.

Il-laqgħa saret ilbieraħ filagħaxija u tmexxiet mill-President tal-MFA, Bjorn Vassallo.

Il-laqgħa ffukat l-aktar fuq kif l-Assoċjazzjoni tal-klabbs tal-Premier se tkun qed timxi mal-istrateġija tal-MFA.

Il-Premier League Clubs’ Association se tkun entità separata li tirrappreżenta l-interess tal-membri tagħha li tmexxi l-affarijiet legali u tissalvagwardja l-interessi tal-klabbs fid-djalogu soċjali.

Fl-istess laqgħa ġew diskussa ir-riformi fil-liċenzjar tal-klabbs u r-ristrutturar korporattiv tal-klabbs.

Il-Viċi President tal-MFA, Matthew Paris, ta dettalji importanti dwar it-titjieb li diġà sar fil-governanza fuq livell ta’ Assoċjazzjoni.

Bjorn Vassallo faħħar ix-xogħol li għamlu l-klabbs tal-Premier biex ikomplu jagħmlu l-futbol f’Malta dejjem aktar professjonali.

Miktub minn...
TVM Sport