L-MFA tingħata lura l-eqdem minuti tal-Kunsill

Il-Malta Football Association irċiviet lura fl-uffiċini tagħha l-Minuti tal-laqgħat tal-Kunsill tal-MFA tal-elf disa mija wiehed  u tletin u li jwasslu sas-sena elf disa mija ħamsa u tletin.

Din l-aħbar ingħatat minn Norman Darmanin Demajo, President tal-MFA, fil-bidu tal-laqgħa tal-Kunsill li saret illum.

L-inizjattiva għal dan kollu ittieħdet minn Publio Agius li jiġi ħu Frank Agius, eks-Segretarju Ġenerali u President ta’ Floriana FC u li fil-preżent huwa wkoll l-Aġent President tal-istess klabb, wara r-riżenja ta’ Stephen Vaughan.

Kien fil-bidu tal-laqgħa meta l-President Darmanin Demajo ħabbar li se ssir preżentazzjoni unika quddiem il-Kunsill u li din kienet tikkonsisti fi ktieb antik tas-Snin Tletin u li kien se jingħata bħala donazzjoni lill-MFA mis-Sur Agius.

Fi kliem il-President tal-MFA Darmanin Demajo, inizjattiva u donazzjoni bħal dawn huma imprezzabbli mhux għall-MFA biss, iżda għal kull Assoċjazzjoni jew Għaqda oħra li teżisti.

Kull min għandu affarijiet bħal dawn għandu jersaq ’il quddiem bihom, ghaliex huwa tajjeb li affarijiet bħal dawn jiġu riservati fl-uffiċini ta’ fejn jappartjenu, temm jghid il-President tal-MFA Norman Darmanin Demajo.

Miktub minn...
Rodney Vassallo