Futbol lokali
L-MFA tippublika l-protokol mediku

Hekk kif kien maqbul fil-Laqgħa tal-Eżekuttiv tal-MFA tal-bieraħ ġie ppublikat ukoll il-protokol mediku tal-Malta Football Association li kien approvat il-bieraħ.
Fil-protokol ta’ 52 paġna hemm diversi struzzjonijiet dettaljati ta’ kif se jsiru l-logħbiet u r-regolamenti u l-prekawzjonijet li players, staff, uffiċjalu u referees iridu jieħdu qabel, waqt u wara l-logħbiet mill-kampjonat tal-MFA. Fost ir-rakkomandazzjonijiet li hemm fil-protokol mediku hemm speċifikament imniżżel li f’dawk is-sagħtejn u kwart bejn logħba u oħra jrid isir it-tindif u d-diżinfettar tal-post kollu inkluż id-dressing rooms li jużaw kemm il-players u anke r-referees kif ukoll il-VIP area fejn se jkunu qed jitħallew jaraw il-logħba numru limitat ta’ nies fosthom kowċis, membri tal-kumitati tat-teams involuti fil-logħba. Il-protokal jirrakkomanda wkoll li t-team talks tal-kowċis ma’ jsirux fid-dressing room qabel il-logħba u li fil-Half Time il-plejers u l-istaff m’għandhomx jidħlu fid-dressing room.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21. SLIEMA W…………………..3 HIBERNIANS……………….1 Sliema Wanderers fetħu l-kampjonat b’rebħa ta’ 3-1 fuq Hibernians. Ftit azzjonijiet u żewġ gowls fl-ewwel taqsima…wara 5 minuti logħob, free-kick dirett li ngħata…

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21 LIJA ATHLETIC…………….4. SENGLEA ATHLETIC……..0. It-tim promoss ta’ Lija Athletic, b’għaxar players, għelbu lil Senglea Athletic bl-iskor ta’ 4-0, b’hat-trick ta’ Erjon Beu u gowl ieħor ta’…

Tarxien Rainbows FC….. 0 Balzan FC……………………1   Balzan fetħu l-istaġun 2020/21 b’rebħa meta fl-Istadium Nazzjonali għelbu lil Tarxien Rainbows bl-iskor ta’ 1-0. F’logħba pjuttost bla storja, kien il-goalkeeper ta’ Tarxien…

Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti tan-nisa, Mark Gatt, sejjaħ skwadra ta’ 20 plejer għall-partita li Malta trid tilgħab kontra d-Danimarka, it-Tlieta li ġej. Il-partita hi valida mill-grupp ta’ kwalifikazzjoni għall-kampjonati Ewropew…

Aktar