Futbol lokali
L-MFA turi solidarjetà ma’ Rashed Al-Tumi wara kummenti razzisti

Il-Malta Football Association, fi stqarrija, uriet solidarjetà mal-gowlkiper nazzjonali Rashed Al-Tumi li fl-aħħar sigħat sofra minn kummenti ta’ razziżmu fuq il-media soċjali.

L-MFA qalet li l-kummenti li nkitbu saru minn membru tal-youth nursey ta’ San Gwann mhux aċċettabli u li se tkun qed titkellem mal-Youth FA biex jinvestigaw il-każ.

L-MFA innotat li dan ma kienx l-uniku każ ta razziżmu li ġie rrapurta lilha fl-aħħar jiem, bil-plejers Yannick Yankam u Jacob Walker li wkoll sofrew minn kummenti razzisti fuq il-media soċjali.

L-MFA qalet li f’mument delikat bħal dan, fejn id-dinja tinsab ixxukkjata għal mewt tal-Amerikan George Floyd, wieħed irid jifhem li r-razziżmu m’għandu post fis-soċjetà tagħna.

Iktar tard, tħabbar li San Ġwann kienu keċċew lill-uffiċjal tagħhom li kiteb dawn il-kummenti fil-media soċjali.

Iktar qabel, iċ-Chairman ta’ Valletta Youth Development Sector James Mackay ħabbar li l-iskwadri tal-youths ta’ Valletta Football Club ma kienux se jinżlu għal-logħob kontra l-klabb li jifforma parti minnu l-uffiċjal li attakka b’mod razzjali lil Rashed al-Tumi.

Mackay qal li d-direttiva kienet se tibqa’ tapplika sakemm il-klabb ma jkeċċix lil dan l-uffiċjal u ma tittiħidx azzjoni mill-Youth FA u l-Malta Football Association.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Wara l-organizzazzjoni ta’ żewġ avvenimenti li taw ħin importanti fuq it-trakka lill-atleti ewlenin u dawk promettenti f’pajjiżna, il-livell kompetittiv se jintensifika nhar is-Sibt bl-ewwel Challenge Meeting tal-MAAA, wieħed mill-aħħar appuntamenti…

Futbol lokali

Il-plejer mill-Montenegro Darko Bulatovic, hu d-difensur xellugi laterali l-ġdid ta’ Hamrun Spartans. Bulatovic, għandu 30 sena u fl-istaġun li għadda lagħab 44 partita ma’ Sutjeska Niksic, f’pajjiżu stess. Bulatovic lagħab…

Futbol lokali

L-ex difensur ta’ Hibernians u Gżira United, Rodolfo Soares se jingħaqad maċ-champions tal-futbol Għawdxi, Nadur Youngsters. Id-difensur ta’ 35 sena ilu għal dawn l-aħħar żewġ staġuni ma’ Gżira United. Il-Brażiljan…

Futbol lokali

Il-plejer internazzjonali Malti Joseph Mbong jista’ jingħaqad ma’ Hamrun Spartans fis-sigħat li ġejjin. TVMSport jista’ jikkonferma li Hamrun Spartans diġà tkellmu ma’ Hibernians u mal-plejer innifsu. Jidher li bejn Hamrun…

Aktar