Futbol lokali
L-MFRA mistennija tastjeni mill-vot fil-Kunsill tal-MFA

Il-Malta Football Referees Association mistennija tastjeni mill-vot li ser jittieħed waranofsinhar fil-Kunsill tal-MFA sabiex ikun deċiż jekk dan l-istaġun jiġix iddikjarat null inkella jekk jingħatawx il-verdetti finali.

F’korrispondenza li ċċirkolat bejn il-membri tal-MFRA matul il-ġurnata tal-Ħadd jidher li ż-żewġ rappreżentanti tal-assoċjazzjoni ser ikunu parti mil-laqgħa, imma mbagħad ser jastjenu milli jivvutaw billi jħallu l-laqgħa sakemm jittieħed il-vot.

Fl-e-mail li TVM Sport għandu kopja tagħha, l-MFRA qiegħda tgħid li l-prinċipji tan-newtralità u l-imparzjalità huma kruċjali f’dan il-mument, u l-assoċjazzjoni trid tassikura li n-newtralità tintwera f’kull ċirkostanza u mhux biss fil-grawnd.

Dan ifisser li jekk l-MFRA ser tasjteni milli tivvota, allura minn tal-inqas ser ikun hemm sitt astensjonijiet għaliex aktar kmieni l-ġimgħa li għaddiet l-MFA ħabbret li l-Viċi Presidenti u t-Teżorier tal-assoċjazzjoni ser jastjenu mill-vot.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Sitt gowls ta’ Zvezdan Vukovic għenu lil White Eagles jirbħu s-Super Cup  organizzata mill-Malta MiniFootball Association meta fil-grawnd tal-Marsa huma għelbu lil United Stars bl-iskor ta’ 10-7. Din kienet l-aħħar…

Futbol lokali

Il-plejer internazzjonali ta’ Malta tat-tim tan-nisa Emma Louise Lipman ingħaqdet mal-klabb Taljan ta’ Lazio. Lipman iffirmat kuntratt ta’ sena, b’opzjoni li jiġġġedded. Lipman twieldet fl-Ingilterra iżda għanda dixxendenza Maltija u…

Futbol lokali

L-ex plejer ta’ Hamrun Spartans, il-Brażiljan Leandro Motta, se jkun qed jilgħab fil-flokk ta’ Santa Lucia mill-istaġun li ġej. Motta kien lagħab ma’ Hamrun Spartans taħt it-tmexxija tal-kowċ Jacques Scerri….

Futbol lokali

L-ex plejer ta’ Hibernians, Sliema Wanderers u Gudja Utd, Jackson Lima sar plejer tal-klabb tal-Ewwel Diviżjoni Marsa. Il-midfielder Brażiljan, fl-istaġun li għadda lagħab f’Għawdex ma’ Xewkija Tigers FC. Lima ta’…

Aktar