Rugby
L-MRFU b’inizjattiva ta’ crowdfunding, jippruvaw jiġbru €15,000

Il-Pandemija tal-COVID-19 affetwat lil diversi Assoċjazzjonijiet u Federazzjonijiet sportivi mhux l-inqas f’pajjiżna. Waħda mill-Assoċjazzjonijiet sportivi Maltin li ħadet daqqa finanzjarja hi l-Malta Rugby Football Union li minflok qadgħet tibki xortiha u taħbi r-realta’ ħarġet fil-publiku titlob l-għajuna finanzjarja. Filfatt l-MRFU nieda kampanja ta’ Crowdfunding bil-għan li jitaffew l-ispejjeż u bl-għan ukoll sabiex l-Assoċjazzjoni tkun tista’ tkompli l-kampjonati tagħha. Il-Crowdfunding fuq in-network GoGetFunding għandu l-għan li jinġabru €15,000 b’donazzjonijiet żgħar mill-membri u dilettanti ta’ dan l-isport. Fi ftit jiem l-MRFU diġa’ ġabret l-ewwel €1,000.

Donazzjonijiet jistgħu jsiru hawn: https://gogetfunding.com/support-malta-rugby/

Miktub minn...
TVM Sport
.