Rugby
L-MRFU tirtira mill-European 7s Competition li kienet se ssir fis-Serbja

Il-Malta Rugby Football Union ikkonfermat li rtirat il-parteċipazzjoni tat-tim Nazzjonali fil-European 7s Competition minħabba l-effetti tal-Pandemija. Dan wara li l-pajjiz ospitu s-Serbja għadu fil-lista l-ħamra, u għad hemm ċertu restrizzjonijiet li jridu jkunu osservati fosthom perjodu ta’ kwarantina, u b’hekk l-MRFU qalet li din id-deċiżjoni qed tittieħed fl-aħjar interess tal-plejers tagħha.

Sadanittant l-MRFU rringrazzjat lill-Awtoritajiet tas-Saħħa, SportMalta, l-Kumitat Olimpiku Malti għall-għajnuna f’dan il-perjodu ta’ preparazzjoni. L-MRFU kienet se tieu sehem kemm bit-tim Nazzjonali tan-nisa u anke tal-irġiel.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.