Olimpijadi TOKYO 2020
L-Olimpjadi jistgħu jsiru bejn it-23 ta’ Lulju u t-8 t’Awwissu 2021

Il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali u l-organizzaturi Ġappuniżi jinsabu fl-aħħar stadji tat-taħdidiet bejniethom sabiex ikunu deċiżi d-dati ta’ meta ser isiru l-Olimpjadi s-sena d-dieħla. Skont rapporti li ħerġin, il-possibilità hi li l-logħob olimpiku jibda fit-23 ta’ Lulju 2021, u jibqa’ sejjer sat-8 t’Awwissu. Dan kollu qed iseħħ wara li l-ġimgħa li għaddiet il-Prim Ministru Ġappuniż Shinzo Abe ħabbar li l-Olimpjadi kienu ser jiġu posposti b’sena, u dan minħabba kritika u pressjoni qawwija minn kull qasam sabiex il-logħob olimpiku ma jsirx kif kien ippjanat għas-sajf li ġej. F’124 sena ta’ storja tal-Olimpjadi, din hija l-ewwel darba li l-logħob ġie pospost.

Bħalissa l-Ġappun qiegħed jevalwa d-daqqa ekonomika li ser jaqla’ minħabba l-posponiment tal-logħob olimpiku li kien stmat li ser jiġġenera biljuni ta’ dollari Amerikani, iżda li momentarjament dawn kollha taru mar-riħ.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Olimpijadi TOKYO 2020

Jekk l-Olimpjadi ta’ Tokjo ma jsirux is-sena d-dieħla se jkunu kkanċellati għal kollox. Dan qalu l-kap ta’ dawn il-Logħob Yoshiro Mori. L-Olimpjadi ta’ Tokjo kellhom isiru fis-sajf li ġej iżda…

Futbol internazzjonali

Il-FIFA qiegħda tikkunsidra tgħolli l-età tal-plejers li se jipparteċipaw fl-Olimpjadi ta’ Tokjo tas-sena d-dieħla. Fil-preżent, fl-Olimpjadi, it-timijiet nazzjonali tal-futbol jistgħu jilagħbu plejers sal-età ta’ 23 sena iżda l-possibbiltà hi li…

Olimpijadi TOKYO 2020

L-olimpiku Will Claye għadu kif nieda video fuq YouTube bil-kanzunetta “Dreams Don’t Die.” L-idea żviluppat wara l-posponiment tal-Olimpjadi għas-sena d-dieħla. L-atleta Claye, li rebaħ midalja tal-fidda fl-Olimpjadi ta’ Rio fit-triple…

Olimpijadi TOKYO 2020

Il-Logħob Olimpiku ta’ Tokjo se jibda fit-23 ta’ Lulju tas-sena d-dieħla u jispiċċa fit-8 ta’ Awwissu. Id-deċiżjoni ttieħdet illum mill-Bord Eżekuttiv tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali. Il-Logħob Olimpiku ġie pospost il-ġimgħa li…

Aktar