
Olimpijadi TOKYO 2020
L-Olimpjadi ta’ Tokjo jistgħu ma jsirux
L-Olimpjadi ta’ Tokjo li tmexxew għal-Lulju li ġej jistgħu fil-fatt ma jsirux.
L-aħħar żvolta dwar l-Olimpjadi ġiet diskussa fil-Parlament Ġappuniż wara li l-pandemija tal-COVID-19 kompliet tinfirex b’mod allarmanti fil-pajjiż.
Ilbieraħ, il-Gvern Ġappuniż estenda l-istat ta’ emerġenza fil-pajjiż anki barra mir-reġjun ta’ Tokjo.
Fi stħarriġ li sar fil-Ġappun, 77% ta’ dawk li rrispondew, qalu li jaħsbu li l-Olimpjadi għandhom jiġu kkanċellati jew posposti.