Olimpijadi TOKYO 2020
L-Organizzaturi tal-Olimpjadi jistmaw li l-ispiża ser titla’ għal $15.4 biljuni

L-organizzaturi tal-Olimpjadi ta’ Tokjo qed jistmaw li ser jonfqu mad-$900 miljun f’miżuri sabiex jagħmlu ċert li l-coronavirus ma tinxteridx matul il-Logħob Olimpiku tas-sena d-dieħla. Matul il-ġurnata tat-Tlieta l-organizzaturi żvelaw l-aħħar budget tagħhom, fejn sostnew li l-posponiment tal-Logħob, flimkien mal-miżuri tal-Covid-19 li diġà ttieħdu u li ser ikomplu jiġu esegwiti, is-somma globali tal-Olimpjadi ser tisplodi għal $15.4 biljuni.

Skont il-Kap Eżekuttiv tal-Kumitat Olimpiku ta’ Tokjo Toshiro Muto, il-pjan hu li tinbena l-aħjar sistema bejn il-Kumitat Organizattiv, l-organizzazzjonijiet involuti fil-Logħob kif ukoll it-tobba u n-nurses li jassistu lill-atleti. F’kummenti li ta lill-ġurnalisti, Muto qal li l-isfida hi li jsibu biżżejjed tobba u nurses għal matul il-perjodu kollu tal-Olimpjadi u jittama li sa dak iż-żmien il-virus tal-Covid-19 ikun beda jiġi kkontrollat bl-għajnuna tal-vaċċin.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA