Motorsport
L-All Wheel Drive Club Malta jorganizza jorganizza l-Winch Challenge

Motorsport: L-All Wheel Drive Club Malta organizza l-ewwel attivita’ għal din is-sena meta saret il-Winch Challenge ġewwa barriera fil-limiti tan-Naxxar. Il-Winch Challenge hija meqjusa bħalha waħda mill-isfidi kbar kemm għal-vetturi użati kif ukoll għas-sewwieqa. F’din il-kompetizzjoni is-sewwieqa jkollom jużaw winches installati f’postijiet strategiċi tal-vettura biex jegħlbu ostakoli fil-korsa.

Kienu b’kollox 13 il-vettura li ħadu sehem f’żewġ klassijiet differenti dik imsejħa Modified u klassi oħra imsejħa Ultra. Il-klassi Modified huma karozzi normalment tat-triq pero’ bi ftit modifikazzjonijiet bħal installar tal-winches filwaqt li Ultra hija għal-vetturi mibnija speċifikament għal dan it-tip ta’ sport.

Il-Klassi Modified intrebħet minn Brandon Cassar u Thomas Galea filwaqt li l-Klassi Ultra ġiet mirbuħa minn Robert Caruana u John Zammit.

Miktub minn...
TVM Sport
.