Futbol internazzjonali
La Liga: Barcelona jżommu l-pressjoni fuq Real Madrid, Espanyol relegati

Barcelona 1   Espanyol 0

Gowl ta’ Luis Suarez fit-tieni taqsima kien biżżejjed biex Barcelona żammew il-pressjoni fuq Real Madrid fin-naħa ta’ fuq tal-klassifika filwaqt li Espanyol in-naħa l-oħra spiċċaw relegati.

L-ewwel taqsima għalqet 0-0 u mal-50 minuta l-logħba dehret li ġejja għat-telgħa għall-Katalani. L-attakkant Fati tkeċċa b’karta ħamra diretta imma l-inferjorità numerika ta’ Barcelona ma damitx wisq għaliex tliet minuti wara Lozano spiċċa mkeċċi wkoll u mar iżomm kumpanija lill-avversarju fid-dressing room. Il-gowl ta’ Suarez wasal fis-56 minuta biex b’hekk Barcelona telgħu punt biss taħt Real Madrid imma tal-aħħar għandhom logħba inqas.

Espanyol dabbru l-21 telfa f’dan l-istaġun u meta għandhom 24 punt spiċċaw relegati minn La Liga. Espanyol fadlilhom jilagħbu biss 3 logħbiet, u Eibar, li jinsabu fis-17-il post, qegħdin 11-il punt fuqhom u allura matematikament ma jistgħux jilħquhom.

 

F’logħbiet oħra:

Real Betis  3-0  Osasuna

Getafe  1-3  Villarreal

 

Illejla jintlagħbu tliet logħbiet oħra minn La Liga:

19:30 Eibar – Leganes

19:30 Mallorca – Levante

22:00 Athletic Bilbao – Sevilla

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-kampjonat tal-Peru ġie sospiż ġurnata wara li beda wara li l-partitarji tal-futbol fil-pajjiż naqsu li jobdu r-regolamenti u l-Liġijiet marbuta mal-COVID-19. Il-kampjonat fil-Peru ilu sospiż ħames xhur. Mijiet ta’ partitarji…

Futbol internazzjonali

Il-plejers tat-tim nazzjonali tal-Kamerun li pparteċipaw fit-Tazza tad-Dinja tal-1990 li kienet saret fl-Italja se jingħataw dar bħalha kumpens għall-wirjiet kbar li kienu għamlu. Din id-dar kienet imwegħda lil kull plejer…

Futbol internazzjonali

Il-plejer Brażiljan Willian ikkonferma li se jitlaq lil Chelsea wara seba’ staġuni. Willian iddeskrieva dawn is-seba’ snin fi Stambford Bridge bħala ‘eċċezzjonali’. Il-plejer ta’ 32 sena kkonferma din l-aħbar fil-profil…

Futbol internazzjonali

UEFA Champions League 2019/20 Fażi tal-aħħar 16 – It-Tieni Leg Barcelona u Bayern Munich għaddew għall-fażi tal-kwarti tal-finali tal-UEFA Champions League tal-istaġun 2019/20 hekk kif għaddew bl-aggregates kontra Napoli u…

Aktar