Futbol internazzjonali
La Liga: Doppjetta ta’ Jamie Mata żżomm it-tamiet qawwija ta’ Getafe għal post fil-UEFA Champions League

Getafe 2   Real Sociedad 1

Getafe komplew jisfidaw għal post fil-UEFA Champions League fl-istaġun li ġej meta laqgħu għandhom lil Real Sociedad u rebħulhom bl-iskor ta’ 2-1. B’din ir-rebħa Getafe telgħu fil-ħames post tal-klassifika bi 52 punt, 2 inqas minn Sevilla. Min-naħa l-oħra, riżultat xejn sodisfaċenti għal Real Sociedad li b’hekk ħadu r-raba’ telfa infila u mindu rritornaw mill-pandemija ġabru biss punt f’ħames logħbiet.

Getafe fetħu l-iskor fl-ewwel taqsima meta mill-penalty Mata tefa’ fix-xibka fl-20 minuta. Id-draw għas-Sociedad wasal minn Januzaj fil-55 minuta, b’Getafe jiskurjaw il-gowl tar-rebħa fit-83 minuta meta għal darb’oħra Mata sab ix-xibka.

 

Illejla jintlagħbu tliet logħbiet f’ La Liga:

19:30 Mallorca – Celta Vigo

21:00 Leganes – Sevilla

22:00 Barcelona – Atlético Madrid

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA