Futbol internazzjonali
La Liga: Eku tal-każ meta Osasuna kienu xaħħmu lil Real Betis €650,000: Jingħataw sentenzi ta’ priġunerija

Il-Qorti ewlenija ta’ Spanja sabet ħatja lil żewġ players ta’ Real Betis u xejn inqas minn ħames diretturi tal-Club ta’ Osasuna fost kompliċi oħra f’każ ta’ korruzzjoni relatat mas-sitwazzjoni tar-relegazzjoni tal-Liga Spanjolja fl-istaġun 2013/14.

Kienu b’kollox disa’ persuni nvoluti f’dan il-każ li fiħ inħadem pjan sabiex Osasuna jevitaw ir-relegazzjoni. Osasuna kienu ħallsu €650,000 lil Real Betis biex dawn ikunu jistgħu jirbħulhom u wara Real Betis riedu jirbħu lil Real Valladolid li kienu r-rivali fiż-żona tar-relegazzjoni ta’ Osasuna f’dan l-istaġun.

L-Itwal sentenza ta’ ħabs ingħatat lil eks Kap Eżekutiv ta’ Osasuna Ángel Vizcay li ntbgħat 8 snin ħabs filwaqt li l-eks President ta’ Osasuna Miguel Archanco ħa sentenza ta’ sitt snin u tmien xhur ħabs effettivi.

Miktub minn...
TVM Sport
.