Futbol internazzjonali
La Liga – Gowl fid-90 minuta jagħti rebħa lil Barcelona kontra l-10 plejers ta’ Valladolid

Barcelona  1-0  Valladolid

Barcelona telgħu fit-tieni post tal-klassifika, punt biss taħt Atlético Madrid, meta ħadu kedda kbira biex għelbu lil Valladolid fin-Nou Camp. Sa tmiem l-ewwel taqsima l-iskor baqa’ 0-0, u fit-tieni taqsima Valladolid spiċċaw jilagħbu b’għaxar plejers fid-79 minuta meta Plano tkeċċa b’karta ħamra diretta.

B’superjorità numerika fil-grawnd, il-Katalani baqgħu jippressaw lill-avversarji u l-gowl tar-rebħa wasal minn Dembele fid-90 minuta, biex b’hekk Barcelona qabżu lil Real Madrid fil-klassifika. Min-naħa l-oħra, Valladolid baqgħu fis-16-il post tal-klassifika, tliet punti fuq iż-żona tar-relegazzjoni.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA