Futbol internazzjonali
La Liga: Illejla Real Madrid jistgħu jirbħu l-kampjonat

Stennija kbira fi Spanja llum għaliex illejla jista’ jkun hemm tim rebbieħ f’La Liga. Meta fadal żewġ logħbiet għal tmiem l-istaġun Real Madrid jinsabu b’4 punti distakk minn Barcelona u allura, jekk kemm-il darba l-Katalani ma jeħdux it-tliet punti, il-Los Blancos jaċċertaw ruħhom mir-rebħ tal-kampjonat. Biss, jekk kemm-il darba Real Madrid jieħdu t-tliet punti mil-logħba tagħhom allura jkunu jistgħu jibdew jiċċelebraw ir-rebħ tal-34 kampjonat fl-istorja tagħhom.

Barra minn hekk tkompli t-taqtiegħa fin-naħa t’isfel tal-klassifika meta Leganies u Mallorca jridu rebħa bilfors u jittamaw li Alaves u Celta Vigo jiżolqu biex kollox jiġi deċiż fl-aħħar ġurnata tal-kampjonat. Celta Vigo u Alaves għandhom 36 punt u jinsabu 4 punti fuq Leganes u Mallorca li għandhom 32. Espanyol diġà huma relegati u ċerti mill-aħħar post fil-klassifika.

Il-programm tal-logħob minn La Liga għal-lejla hu dan:

18:30 Eibar – Valladolid

21:00 Athletic Bilbao – Leganes

21:00 Barcelona – Osasuna

21:00 Real Betis – Alaves

21:00 Celta Vigo – Levante

21:00 Getafe – Atlético Madrid

21:00 Mallorca – Granada

21:00 Real Madrid – Villarreal

21:00 Real Sociedad – Sevilla

21:00 Valencia – Espanyol

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Wara tant stennija, u wara li l-kampjonati domestiċi madwar l-Ewropa twasslu għat-tmiem tagħhom ħafna iktar tard mis-soltu, din il-ġimgħa sa fl-aħħar jirritornaw il-kompetizzjonijiet tal-UEFA għall-clubs li kien ilhom sospiżi minn…

Futbol internazzjonali

Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Football, il-FIFA, iddeskriviet id-deċiżjoni tal-awtoritarjiet Żvizzeri li jiftħu proċeduri kriminali kontra l-President Gianni Infantino bħala assurda. Il-każ huwa dwar laqgħat li Infantino kellu mal-Avukat Ġenerali Żvizzeru Michael Lauber….

Futbol internazzjonali

Lecce 3   Parma 4 Lecce tilfu l-aħħar logħba tagħhom fis-Serie A meta laqgħu għandhom lil Parma u tilfu 4-3. Parma fetħu żewġ gowls vantaġġ qabel in-nofs siegħa logħob meta l-ewwel…

Aktar