Futbol internazzjonali
La Liga jista’ jista’ jitkompla mit-8 ta’ Ġunju – Pedro Sanchez, il-PM ta’ Spanja

Il-Prim Ministru ta’ Spanja Pedro Sanchez qal li l-kampjonat Spanjol La Liga jista’ jitkompla mit-8 ta’ Ġunju.

Il-President ta’ La Liga Javier Tebas qal li qed jispera li l-kampjonat ikun beda sat-12 ta’ Ġunju għalkemm se jkun qed jistenna d-deċiżjoni tal-Gvern.

Il-plejers tal-klabbs Spanjoli reġgħu bdew it-taħriġ minn din il-ġimgħa fi gruppi massimu ta’ 10 persuni.

Il-kampjonat La Liga jonqsu 11-il partita x’jintlagħbu.

Miktub minn...
TVM Sport