Futbol internazzjonali
La Liga: Sevilla jilħqu lil Atlético Madrid fil-klassifika, Leganes kważi relegati

Athletic Bilbao 1   Sevilla 2

Sevilla laħqu lil Atlético Madrid fil-klassifika meta marru għand Athletic Bilbao u rebħulhom bl-iskor ta’ 2-1. Din kienet it-tielet rebħa infila għal Sevilla, filwaqt li għal Athletic dan kien skoss fit-tama li jirnexxilhom jakkwistaw post fl-Europa League fl-istaġun li ġej.

Kienu Athletic Bilbao li fetħu tajjeb tant li marru minn fuq fit-28 minuta b’gowl ta’ Capa u hekk baqgħu sal-mistrieħ. Biss fit-tieni taqsima Sevilla żiedu r-ritmu u Banega ġab id-draw fid-69 minuta filwaqt li ħames minutim wara El Haddadi skorja l-gowl tar-rebħa.

 

Mallorca 2   Levante 0

Tliet punti importantissimi għal Mallorca meta għelbu lil Levante 2-0. Għal Mallorca dan kien nifs qawwi bit-tama li jsalvaw f’dan l-istaġun, għax għalkemm għadhom it-tielet mill-aħħar, resqu tliet punti taħt Alaves li jilagħbu aktar tard il-Ġimgħa filgħaxija. Il-gowls ta’ Mallorca waslu wieħed f’kull taqsima, l-ewwel minn Cucho fl-40 minuta mbagħad Kubo fl-84 minuta.

 

Eibar 0   Leganes 0

Draw li ma tantx issodisfa la lil Eibar u lanqas lil Leganes fin-naħa t’isfel tal-klassifika. Għal Eibar id-draw kien ifisser li jinsabu biss 4 punti fuq iż-żona tar-relegazzjoni, filwaqt li għal Leganes dan il-punt ħallihom ta’ qabel tal-aħħar b’29 punt, sitt punti ‘l bogħod mis-17-il post u fadlilhom biss 9 punti li jistgħu jiksbu.

 

Illejla jintlagħbu żewġ logħbiet minn La Liga:

19:30 Real Sociedad – Granada

22:00 Real Madrid – Alaves

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra

Il-manager ta’ West Ham David Moyes flimkien mal-plejers Issa Diop u Josh Cullen irriżultaw pożittiv għat-test tal-Covid-19 li sarilhom ftit sigħat ilu. L-istaff mediku tal-klabb kien infurmat bir-riżultati ftit tas-sigħat…

Juventus iffirmaw lill-attakkant Spanjol Alvaro Morata b’self għal sena mingħand Atlético Madrid. Iċ-champions Taljani ħallsu €10 miljuni sabiex ħadu lil Morata għal sena, biċ-ċans li jixtruh permanenti meta jispiċċa t-terminu…

MALTA ………….0 DANIMARKA….8 EURO 2021 TAN-NISA Telfa kbira ta’ 8-0 għal Malta kontra d-Danimarka illejla fis-Centenary Stadium. It-telfa hija s-sitt waħda għat-tfajliet Maltin minn tmien logħbiet s’issa fi Grupp B:…

Il-partitarji ta’ Seville qed jiġu ttestjati kontra l-COVID-19 hekk kif jinsabu fi triqithom lejn l-Ungerija għall-finali tas-Super Cup tal-Ħamis li ġej kontra Bayern Munich. Il-partitarji se jitħallew jidħlu jsegwu l-finali…

Aktar