Futbol internazzjonali
La Liga – Skoss qawwi għal Sevilla, jinqatgħu mit-taqtigħa għat-titlu

Sevilla  0-1  Athletic Bilbao

Telfa xejn mistennija għal Sevilla meta fl-Estadio Ramon Sanchez Pizjuan dabbru gowl fid-90 minuta li qatagħhom mit-taqtigħa għat-titlu. Il-gowl ta’ Athletic wasal minn Williams meta kollox deher li l-logħba kienet ser tintemm fi draw.

B’hekk Sevilla baqgħu b’70 punt fir-raba’ post, 6 ‘il bogħod mill-quċċata tal-klassifika. Għal Athletic din kienet il-11-il rebħa tal-istaġun, u issa għandhom 45 punt daqs Granada.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA