Futbol internazzjonali
La Liga: Valencia rebbieħa kontra Valladolid, Atlético miżmuma minn Celta Vigo

Celta Vigo 1   Atlético Madrid 1

Celta Vigo ħadu punt importanti fil-ġlieda kontra r-relegazzjoni meta laqgħu għandom lil Atlético Madrid u żammewhom fi draw ta’ 1-1. Għal Madrileni kważi hemm ċertezza li fl-istaġun li ġej ser jikkompetu fil-UEFA Champions League imma għandhom il-pressjoni ta’ Sevilla għat-tielet post li issa jinsabu 3 punti taħthom b’logħba inqas.

Atlético Madrid ma tantx ħlew ħin biex imorru fil-vantaġġ għax fi ftit sekondi wara l-bidu tal-konfront Morata sab ix-xibka u għamilhom 1-0. Hekk baqgħu sal-mistrieħ u kellu jkun Beltran li fid-49 minuta ġab id-draw għal Celta Vigo, riżultat li żammewh sa tmiem il-logħba.

 

Valencia 2   Valladolid 1

Rebħa tajba għal Valencia fil-Mestalla kontra Valladolid biex b’hekk komplew jittamaw li forsi fl-istaġun li ġej jikkompetu f’kompetizzjoni Ewropea. Gomez poġġa lil Valencia minn fuq man-nofs siegħa logħob, b’Garcia jġib id-draw għal Valladolid żewġ minuti mill-bidu tat-tieni taqsima. Il-gowl tar-rebħa ta’ Valencia wasal minuta qabel tmiem il-logħba permezz ta’ Lee Kangin.

 

Illejla jintlagħbu tliet logħbiet f’La Liga:

20:30 Real Betis – Osasuna

20:30 Getafe – Villarreal

22:00 Barcelona – Espanyol

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Wara nuqqas ta’ ħames xhur, mil-lejla tirritorna l-aqwa kompetizzjoni Ewropea, il-UEFA Champions League. Żewġ logħbiet illejla u tnejn oħra għada jiddeċiedu erba’ kwartifinalisti ta’ din il-kompetizzjoni. Juventus – Lyon (agg….

Futbol internazzjonali

Bayer Leverkusen 1   Rangers 0 (agg. 4-1) Fil-BayArena, Bayer Leverkusen komplew jikkonfermaw id-dominju tagħhom fuq Rangers meta rebħulhom 1-0 u għaddew għall-kwartifinali b’aggregate ta’ 4-1. Il-gowl uniku tal-logħba kien skurjat…

Futbol internazzjonali

F’inqas minn ġimgħa wara r-rebħ tal-FA Cup, li permezz t’hekk Arsenal ser jikkompetu fil-UEFA Europa League fl-istaġun li ġej, faqqgħet il-bomba li 55 persuna mill-istaff ser jitneħħew. Filwaqt li l-klabb…

Futbol internazzjonali

Inter ser jiffirmaw lil Alexis Sanchez mingħand Manchester United. Din l-aħbar taha Giuseppe Marotta l-Erbgħa waranofsinhar u issa l-plejer ser jingħaqad permanenti mat-tim minn Milan. Alexis Sanchez ingħaqad m’Inter b’self…

Aktar