Futbol lokali
Laqgħa bejn il-Prim Ministru Robert Abela u l-President tal-MFA Bjorn Vassallo dwar l-istrateġija varata mill-Assoċjazzjoni

F’laqgħa kordjali bejn il-Prim Ministru, Dr Robert Abela u l-President tal-MFA, Bjorn Vassallo, dalgħodu fil-Berġa ta’ Kastilja, ġew diskussi temi mportanti fuq diversi proġetti u inizjattivi li l-Malta Football Association qed taħdem fuqhom b’mod proattiv u li huma parti mill-istrateġija varata fl-aħħar ġimgħat mill-Assoċjazzjoni.

Il-Gvern Malti filwaqt li laqa’ b’sodisfazzjon ir-riformi li kienu mfassla u li issa bdew jiġu mplimentati fl-aħħar xhur, irrikkonferma l-pożizzjoni tiegħu favur il-bidliet estensivi kemm rigward il-parti sportiva u kif ukoll fuq il-parti tal-governanza biex jissaħħu l-istrutturi tal-istess Assoċjazzjoni u tal-klabbs membri.

Din il-koperazzjoni bejn il-Gvern u l-MFA għandha wkoll twassal għal aktar investiment fl-infrastruttura sportiva li minnha fuq kuntest lokali ghandha tibbenefika l-familja kollha tal-futbol u f’livell internazzjonali jkunu mmodernizzati l-faċilitajiet biex pajjiżna jibqa’ kompetittiv fin-niċċa tat-turiżmu sportiv.

 

Miktub minn...
TVM Sport