Futbol internazzjonali
Laurent Koscielny jirrifjuta li jmur il-pre season ma’ Arsenal

Futbol internazjonali: Każ ieħor stramb ta’ nuqqas ta’ ftehim bejn Club u player. Laurent Koscielny li għal diversi staġuni kien captain ta’ Arsenal irrifjuta li jmur l-Istati Uniti għall-pre season mat-team Ingliż..

Il-player li għandu 33 sena fadallu sena kuntratt mal-Gunners iżda rapporti fil-media ingliża qeed jgħidu li ma jixtieqx jibqa’ mat-team minn Londra u jixtieq jiċċaqlaq sabiex imur jilgħab f’pajjiżu Franza jew ma’ Bordeaux jew ma’ Olympique Lyon.

Il-kwistjoni bejn Arsenal u Koscielny kienet ikkonfermata wkoll mill-Club innifsu permezz ta’ nota uffiċjali fuq il-website tal-Club. Koscielny b’kollox lagħab 350 logħba ma’ Arsenal u ilu magħhom mis-sena 2010.

Arsenal se jmorru l-Istati Uniti sabiex jilagħbu fl-International Champions Cup kontra Bayern Munich, Fiorentina u Real Madrid.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Eku tal-każ ta’ allegat stupru ta’ Cristiano Ronaldo. Każ magħluq għall-investigaturi hekk kif il-prosekuzzjoni u l-pulizija ta’ Las Vegas qalu li ma hemmx provi biżżejjed sabiex il-player Portugiż jiffaċċja proċeduri…

Futbol internazzjonali

Il-Manchester United Supporters Club se jkun qed jiċċelebra s-sittin sena anniversarju sa mit-twaqqif tiegħu f’Malta permezz ta’ sposnor ġdid hekk kif il-kumanija IZIBET u l-Club għadhom kif ffirmaw ftehim ta’…

Futbol internazzjonali

Arsenal huma mistennija li jkomplu jkunu attivi matul dan is-suq tat-trasferimenti wara li rapporti qegħdin jgħidu li laħqu ftehim ma’ Dani Ceballos ta’ Real Madrid. Wara li Aaron Ramsey ingħaqad…

Futbol internazzjonali

Il-Portugiż Cristiano Ronaldo mhux ser ikun qiegħed jaffaċċja akkużi ta’ stupru f’Las Vegas minħabba li skont il-prosekuturi ma jistax jiġi ppruvat mingħajr l-iċken ħjiel ta’ dubju li hu wettaq dan…

Aktar