International Sports
Lawn Bowling: Malta fis-semifinali tal-World Bowls

Għall-ewwel darba fl-istorja, Malta waslet sas-semi finali tal-World Bowls – Champion of Champions Competition li saret f’Ċipru fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet.

Carmen Spiteri , ir-rappreżentanta femminili kklassifikat fit-tielet post wara li fis-semi finali tilfet kontra Sandra Keith minn New Zealand. Fil-proċess Malta għelbet lil Macao, Brazil, New Zealand, Awstralja, Cook Islands, Swaziland u Namibja. Lennard Callus kien ir-rapprezentant maskili fejn dan spiċċa fis-sbatax il-post fir-rankings finali.

Team Malta kien taħt id-direzzjoni tal-Ambaxxatur Anthony Debono, President tal-Malta Lawn Bowls Federation.

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.
Aħbarijiet Oħra

L-Eks Champion tal-UFC l-Ultimate Fight Championship Conor McGregor kien arrestat il-bieraħ f’Corsica fuq allegazzjonijiet ta’ abbuż sesswali u atti indiċenti fil-publiku. Ir-rapport fil-konfront ta’ McGregor sar erbat ijiem ilu u…

Fil-belt kapitali tal-Ġappun, f’Tokjo, inxtegħlet siġra kbira b’dawl mill-isbaħ, biex tfakkar is-sena bogħod mill-Paraolimpjadi 2021. Il-Paraolimpjadi kellhom isiru f’dan is-sajf qabel l-Olimpjadi iżda mxew għas-sena d-dieħla minħabba l-pandemija tal-COVID-19. Il-Paraolimpjadi…

Grupp ta’ baħħara mill-Malta Young Sailors Club dan l-aħħar iffokaw l-attenzjoni tagħhom fuq il-windsurfing, sport li kien laħaq il-popolarità tiegħu fis-snin tmenin u disgħin. Din l-attività wasslet għall-iżvilupp ta’ festival…

Il-Grand Prix tal-Ħadd li ġej f’Silverstone se jkun Grand Prix speċjali għaliex se jkun qed ifakkar is-70 anniversarju tal-ewwel Grand Prix fl-istorja li kien sar propju f’Silverstone fit-13 ta’ Mejju…

Aktar