Futbol internazzjonali
Lazio jirbħu l-Coppa Italia b’rebħa fuq Atalanta

Atalanta….0
Lazio………2

Lazio rebħu s-seba’ Coppa Italia fl-istorja tagħhom meta fil-finali għelbu lill-Atalanta bl-iskor ta’ 2-0. Il-gowls tar-rebħa għat-tim minn Ruma waslu fl-aħħar tmien minuti logħob, meta fit-82 minuta mill-corner ta’ Lucas Leiva, Sergej Milinkovic-Savic għola tajjeb u b’daqqa ta’ ras b’saħħitha poġġa lil-Lazio minn fuq.

L-Atalanta pruvaw iwettqu reazzjoni, imma fid-90 minuta, b’kontrattakk, Lazio rduppjaw u prattikament għalqu l-logħba. Kien Joaquin Correa li approfitta mill-iżball u wara li rnexxielu jidħol fil-kaxxa, dar mal-goalkeeper u spara ġewwa għal 2-0.

Filwaqt li l-players, uffiċjali u partitarji tal-Lazio ċċelebraw bil-kbir, l-Atalanta kienu ddiżappuntati li wara 23 sena li rnexxilhom jaslu fil-finali baqgħu b’xiber imnieħer u sal-lum rebħu din it-tazza darba biss. Lazio min-naħa tagħhom rebħu din it-tazza tliet darbiet fl-aħħar 10 snin, fl-istaġun 2008/09, 2012/13 u 2018/19. B’kollox huma rebħu l-Coppa Italia seba’ darbiet u għalkemm fil-kampjonat ma tantx jinsabu f’pożizzjoni sodisfaċenti, dan l-unur żgur li niżel għasel wara dominanza minn Juventus fl-aħħar erba’ staġuni. B’hekk Lazio ser jikkompetu żgur fl-Europa League fl-istaġun li ġej.

Skont il-coach tal-Atalanta Gian Piero Gasperini, ir-rebħa tal-Lazio kienet skandlu għaliex sakemm ir-riżultat kien għadu 0-0, Atalanta kellhom jingħataw penalty meta x-xutt ta’ de Roon ħabat ma’ jdejn id-difensur Bastos. Qal li d-diżappunt kbir kien li r-referee ma ndenjax ruħu jiċċekkja bil-VAR jekk kienx penalty jew le u ħalla kollox għaddej. Skont Gasperini, f’dik l-azzjoni mhux biss kellu jingħata l-penalty imma Bastos kellu jitkeċċa bit-tieni karta safra.

 

 

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Wolves 1  Manchester United 1 Mill-Kampjonat Premier Ingliż, Wolves ħadu t-tieni draw minn daqstant logħbiet meta f’darhom ġew 1-1 ma’ Manchester United. Kienu r-Red Devils li marru fil-vantaġġ mas-27 minuta…

Futbol internazzjonali

Brescia ippreżentaw uffiċjalment lill-attakkant internazzjonali Taljan Mario Balotelli li se jkun qed jirritorna jilgħab fl-Italja wara nuqqas ta’ tliet snin. Fl-intervent tiegħu, il-plejer ta’ 29 sena qal li jinsab kalm…

Futbol internazzjonali

FUTBOL INTERNAZZJONALI Bayern Munich għadhom kemm akkwistaw b’self mingħand Barcelona lill-attakkant Brażiljan Philippe Coutinho. Hekk kif ġie ppreżentat lill-mezzi tax-xandir Ġermaniżi, Coutinho deher ferm ħerqan sabiex jibda din l-avventura ġdida….

Futbol internazzjonali

Il-kowċ ta’ Real Madrid Zinedine Zidane qal li Gareth Bale ser jibqa mal-Madrileni dan wara li huwa pproduċa wirja tajba sabiex Real għelbu lil Celta Vigo bl-iskor ta’ 3-1. Wara…

Aktar