Futbol internazzjonali
League Cup: Liverpool, Manchester UTD u Aston Villa jgħaddu għall-kwartifinali

Fir-raba’ round tal-League Cup, żewġ logħbiet jaħarqu f’Anfield u Stamford Bridge, b’Liverpool u Manchester United jgħaddu għall-kwartifinali.

Liverpool 5   Arsenal  5 (10-9 bl-għoti tal-penalties)

F’Anfield, Liverpool kellhom kontinwament jiġru wara l-logħba wara li avolja marru 1-0 minn fuq b’awto-gowl ta’ Mustafi fis-6 minuta, minn hemm ‘il quddiem spiċċaw qatt ma reġgħu kienu fil-vantaġġ. Fid-19-il minuta l-Gunners ġabu l-iskor indaqs permezz ta’ Torreira u anke marru għall-ewwel darba minn fuq fis-26 minuta b’gowl ta’ Martinelli. Fis-36 minuta, l-istess Martinelli saħansitra għamilhom 3-1, b’James Milner inaqqas id-distakk għar-Reds mill-penalty żewġ minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima.

Mal-54 minuta Arsenal reġgħu fetħu żewġ gowls vantaġġ permezz ta’ Maitland-Niles, imma erba’ minuti wara ġmiel ta’ gowl t’Oxlade-Chamberlain għamilhom 4-3. Fit-62 minuta Origi għamel l-iskor indaqs 4-4, imma gowl tal-ħolm ta’ Willock fil-71 minuta reġa’ poġġa lill-Gunners minn fuq. Meta kollox kien qed juri li Arsenal kienu ser jagħmluha għall-kwartifinali ta’ din il-kompetizzjoni, Origi fuq id-dawra reġa’ ġab id-draw għal Liverpool mar-4 minuta fuq il-ħin regolamentari tal-logħba, biex b’hekk kellhom jiddeċiedu l-penalties min ser jgħaddi għall-fażi li jmiss.

Fl-għoti tal-penalties, id-differenza kienet ta’ gowl wieħed biss meta Ceballos ra lill-goalkeeper ta’ Liverpool jtajjarlu x-xutt tiegħu, filwaqt li Bellerin, Guendouzi, Martinelli u Maitland-Niles kollha skurjaw il-penalty tagħhom. Għal Liverpool, kull plejer irnexxielu jsib ix-xibka mill-11-il metru: Milner, Lallana, Brewster, Origi u Jones.

Chelsea 1    Manchester UTD  2

Fi Stamford Bridge, Manchester United kienu aħjar mill-avversarji biex b’hekk għaddew għall-kwartifinali tal-League Cup. Kienu r-Red Devils li fetħu l-iskor fl-ewwel taqsima permezz ta’ Marcus Rashford li sab ix-xibka mill-11-il metru fil-25 minuta. Batshuayi ġab l-iskor indaqs għal Chelsea mas-siegħa logħob imma Rashford reġa’ sab ix-xibka fit-73 minuta biex Manchester United żammew il-vantaġġ sa tmiem il-konfront.

Aston Villa  2   Wolves  1

F’Villa Park, Aston Villa għaddew għall-kwartifinali meta għelbu lil Wolves bl-iskor ta’ 2-1. Kienu l-Villians li fetħu l-iskor kważi man-nofs siegħa logħob permezz ta’ El-Ghazi, imma fit-tieni taqsima Wolves għamlu l-iskor indaqs permezz ta’ Cutrone fl-54 minuta. Tliet minuti wara, Elmohamady skorja t-tieni għall-Villa u hekk baqgħu sat-tmiem.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

F’aktar logħbiet ta’ kwalifikazzjoni għal EURO 2020, mill-grupp ta’ Malta, fil-konfront dirett għal min jiġi fit-tieni post, l-Iżvezja għelbet lir-Rumanija 2-0 barra minn darha sabiex aċċertat ruħha mill-kwalifikazzjoni. Kien Marcus…

Futbol internazzjonali

Wara l-aħbar li żvela TVM Sport ftit tal-jiem ilu tal-possibbiltà tajba li AC Milan jiġu f’Malta għal training camp wara l-Milied, issa fl-Italja ħarġet l-aħbar li anki t-tim ta’ Napoli…

Futbol internazzjonali

Il-Messiku u l-Brażil ser jikkontestaw il-finali tat-Tazza tad-Dinja ta’ taħt is-sbatax il-sena. Fl-ewwel semi finali tal-bieraħ il-Messik għaddew għas-spejjeż tal-Olanda wara l-għoti tal-penalties. Il-logħba spiċċat fi draw ta’ 1-1 fejn…

Futbol internazzjonali

Marcello Lippi irreżenja minn kowċ tat-tim nazzjonali Ċiniż dan wara li huma tilfu kontra s-Sirja bl-iskor ta’ 2-1 f’logħba mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2022. Iċ-Ċina bħalissa jinsabu fit-tieni post…

Aktar