Futbol lokali
Leandro Motta ma’ Santa Lucia

L-ex plejer ta’ Hamrun Spartans, il-Brażiljan Leandro Motta, se jkun qed jilgħab fil-flokk ta’ Santa Lucia mill-istaġun li ġej.

Motta kien lagħab ma’ Hamrun Spartans taħt it-tmexxija tal-kowċ Jacques Scerri.

Hu kien lagħab ukoll ma’ Sliema Wanderers.

Fl-aħħar staġuni, Leandro Motta kien qed jilgħab fil-Brażil.

Miktub minn...
TVM Sport