Futbol internazzjonali
Leeds u Birmingham l-ewwel Clubs miċ-Championship li jamettu kriżi finanzjarja

Joħorġu publikament l-ewwel żewġ Clubs miċ-Championship fl-Ingilterra li qed jamettu li jew qed isofru diġa’ jew qed iħossu li ġejja kriżi finanzjarja fil-football Ingliż.

Dawn iż-żewġ Clubs huma Leeds United u Birmingham.

Il-President ta’ Leeds it-taljan Andrea Radrizzani qal li l-kriżi Coronavirus se ġġib diżastru mhux bis fil-Club tiegħu iżda f’ħafna Clubs li jaħdmu permezz ta’ budgets moderati. Filfatt Radrizzani meta kien interviżtat permezz ta’ Skype fuq Sky Sport Italia qal li hu jmexxi Club li biex ikun kompettitiv fiċ-Championship il-bilanċi finanzjarji jkunu dejjem ta’ telf ta’ madwar €8 miljuni kull staġun aħseb u ara issa f’din il-kriżi. Minkejja dan xorta qal li se jippruvaw jiksbu l-promozzjoni dan l-istaġun għall-kampjonat Premier.

Team ieħor li jinsab daru mal-ħajt finanzjarjament huma Birmingham li diġa’ talbu b’mod uffiċjali lill-players tgħhom li min jaqa’ iktar minn €6,000 fil-ġimgħa se titnaqqaslu 50% tal-paga għax-xhur li ġejjien.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.