Local Sports
Lejn Montenegro 2019, ħarsa lejn l-aħħar żviluppi u preparazzjoni

Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa 2019. B’kollox se jkun hemm jerġa’ disa’ pajjiżi li se jieħdu sehem bl-edizzjoni ta’ din is-sena se tkun l-ewwel darba li se tkun ospitata mill-Montenegro l-aħħar pajjiż li ġie ammess f’dawn il-logħob. Il-preparazzjoni mill-assoċjazzjonijiet u federazzjonijiet Maltin għaddejja fl-aqwa tagħha hekk kif bil-kordinament tal-Kumitat Olimpiku Malti qed jittieħdu l-aħħar deċiżjonijiet importanti dwar individwi u anke teams li se jiffurmaw parti mill-kontinġent Malti.

Għalkemm sa issa l-Kumitat Olimpiku Malti għadu ma’ kkonferma ebda isem tal-atleti Maltin, TVM Sport jifhem li hemm ċertu atleti li huma kkonfermati li se jkunu magħżula żgur fil-kontinġent finali hekk kif dawn jew għamlu l-MQS fl-aħħar ġimgħat jew żammew l-istandard tal-MQS li kisbu fix-xhur li għaddew.

Id-Dixxiplini ta’ kompetizzjoni fil-Montenegro se jkunu l-Atletika, Għawm, Basketball, Judo, Sparar, Table Tennis, Tennis, Beach Volley, Volleyball u l-Bowls li iżda l-Maltin mhu se jieħdu sehem fihom.

Fl-atletika jidher li se jkunu fit-team Malti żgur Lisa Marie Bezzina, Monalisa Camilleri, Luke Micallef u Ian Paul Grech li kollha żammew il-livell tal-MQS miksub aktar qabel dan l-istaġun. Charlotte Wingfeld f’sena ta’ injuries għaliha qed tittama li tkun f’kundizzjoni tajba biex tipprova tiddefendi ż-żewġ midalji tad-deheb miksuba sentejn ilu f’San Marino.

Fl-Għawm diversi għawwiema diġa’ konfermati fejn dan żgur li se jkun l-ikbar kontinġent ta’ għawwiema f’edizzjoni waħda għal Malta f’dawn il-Logħob.
Fil-Basketball TVM Sports jista’ jikkonferma li Malta se tkun qed tikkompeti kemm bit-team tan-Nisa li jridu jiddefendu l-midalja tad-deheb tal-aħħar edizzjoni u anke bit-team tal-irġiel bir-ritorn f’dawn il-logħob. Fil-Judo l-uniku konferma sa issa huma Jeremy saywell u Isac Bezzina iżda l-lista għadha mhux defenittiva.

Fl-isparar se jisparaw żgur għal Malta Brian Galea fit-Trap u William Chetcuti b’dan tal-aħħar jaf jispara kemm fid-double trap u anke fit-trap. Mikaela Galea b’ċans żgħir tista’ tkun ir-rapreżentanta feminili fil-kategorija tan-nisa. Fit-Table Tennis aħbarijiet pożittivi hekk kif jidher li bħal Basketball se jkollna r-ritorn tal-Maltin fil-kompetizzjoni tal-irġiel apparti f’tan nisa.

Fit-tennis fl-irġiel ma’ Matthew Axiaw u Omar Sudzuka se jkun fit-team ukol Matthew Cassar Torregiani flimkien maż-żewġ tennisti li ħadu sehem sentejn ilu Elaine Genovese, u Francesca Curmi.
Fil-Volleyball kaxxa magħluqa hekk kif it-team jinsabu lura minn training camp fi Spanja bil-KOM jiddeċidi fl-aħħar ħinijiet jekk hux se jtella’ lil dan it-team jew le. Fil-beachvolley kollox qed jindika li Malta se tkun qed tikompeti biż-żewġ teams kemm tan-nisa u anke tal-irġiel.

Il-Logħob tal-pajjiżi ż-żgħar fil-Montenegro se jsiru bejn is-27 ta’ Mejju u 2 ta’ Ġunju. TVM Sport għal edizzjoni oħra se jkun qed iwassal aġġornamenti regolari kuljum matul il-logħob.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Local Sports

Bejn Ottubru 2018 u Mejju 2019, madwar 1500 student minn Malta u Għawdex ipparteċipaw f’programm edukattiv/sportiv li jippromwovi l-importanza ta’ dieta tajba u l-eżerċizju fiżiku. Intużaw iż-żwiemel bħala mezz ta’…

Local Sports

Il-Ministru tal-Isport u t-Turiżmu tal-Polonja Witold Banka mistenni jsir il-President li jmiss tal-World Anti-Doping Agency, magħrufa aħjar bħala l-WADA. Dan wara vot li ttieħed ilbieraħ u li ħallih kontestant waħdu….

Aktar