Futbol internazzjonali
Leroy Sane ma’ Bayern Munich għal €45 miljun

Iċ-champions tal-Bundesliga Bayern Munich laħqu ftehim ma’ Manchester City sabiex jakkwistaw lil Leroy Sane. Bayern Munich ser joħorġu €45 miljun, kif ukoll hemm perkaċċi oħra li jridu jitħallsu fil-futur. Leroy Sane kellu kuntratt ma’ Manchester City li kien ser jiskadi fi tmiem l-istaġun li ġej, imma issa jidher li ser jiffirma għal ħames snin mat-tim mill-Bavarja.

Manchester City kienu jafu li ser jitilfu lill-winger matul dan is-sajf wara li l-manager Pep Guardiola għamilha ċara li l-plejer kien diġà rrifjuta kuntratt ġdid darbtejn jekk mhux tliet darbiet. Sane kien ingħaqad mat-tim minn Manchester fl-2016 mingħand Schalke, u dakinhar ir-rapporti kienu li s-City ħallsu £37 miljun biex akkwistawh.

Leroy Sane skorja 39 gowl kemm ilu ma’ Manchester City u lagħab 135 logħba. Kemm fl-istaġun 2017/18 u fl-istaġun li għadda Sane kien pedina importanti fit-tim ta’ Guardiola biex għenhom jirbħu l-kampjonat u kompetizzjonijiet oħra, biss dan l-istaġun kien wieħed diżappuntanti għalih meta weġġa’ l-cruciate fil-Community Shield kontra Liverpool, u rritorna fil-grawnd il-ġimgħa li għaddiet fir-rebħa ta’ Manchester City fuq Burnley.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Andrea Pirlo se jinħatar kowċ tat-tim ta’ taħt it-23 sena ta’ Juventus. ‘Il Maestro’, hekk kif inhu magħruf, ġab il-liċenzja ta’ kowċ minn Coverciano stess. Hu kien irtira fl-2017. Skont…

Futbol internazzjonali

Għal xhur sħaħ kien hemm diversi għidut u spekulazzjonijiet li Lionel Messi, il-captain ta’ Barcelona, irid jitlaq lit-tim. Matul il-pandemija tal-Covid-19 l-Arġentin kien wieħed mill-plejers li attakka l-amministrazzjoni tal-klabb fil-miftuħ,…

Futbol internazzjonali

Real Madrid 1   Getafe 0 Real Madrid resqu pass eqreb viċin it-titlu meta għelbu lil Getafe 1-0. Din ir-rebħa fissret 3 punti oħra għal-Los Blancos li issa fetħu 4 punti…

Futbol internazzjonali

Atalanta 2   Napoli 0 Atalanta baqgħu għaddejjin mill-forma pożittiva tagħhom meta laqgħu lil Napoli u rebħulhom 2-0 biex issa kważi ċerti minn post fiċ-Champions League fl-istaġun li ġej. Il-gowls kienu…

Aktar