Motorsport
Lewis Hamilton bit-tim tiegħu fl-Extreme E s-sena d-dieħla

Il-Brittaniku Lewis Hamilton ser ikun qed jibdel l-irwol tiegħu mis-sena d-dieħla. Fit-tlielaq tal-Extreme E electric off-road, Hamilton ser ikollu tim li ser imexxih hu. Ser ikun hemm diversi ismijiet rinomati li ser imexxu xi tim jew ieħor, fosthom Nico Rosberg, li kien fl-istess tim ta’ Hamilton ftit tas-snin ilu, kif ukoll Zak Brown li jmexxi lill-McLaren.

Il-ħsieb tat-tlielaq tal-Extreme E hu sabiex titqajjem kuxjenza dwar it-tibdil fil-klima u s-sostenibilità, fejn it-tlielaq ser isiru f’diversi pajjiżi fejn il-kundizzjonijiet mhumiex ser ikunu l-aħjar, b’mod speċjali f’pajjiżi li qed ibatu mit-tniġġiż fl-arja. l-ħamest itlielaq ser isiru fid-deżert tal-Arabja Sawdija, fis-Senegal, fi Greeland, fil-foresta tal-Brażil u fi Tierra del Fuego fl-Arġentina.

Skont Lewis Hamilton, dawn it-tlielaq ser ituh iċ-ċans li jgħaqqad l-imħabba li għandu lejn il-motorsport mal-imħabba li għandu lejn il-pjaneta.

Kull tim ser ikun kompost minn sewwieq masikli u oħra femminili.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA