Formula 1
Lewis Hamilton iżur iċ-ċentru tal-Mercedes fl-Ingilterra

Lewis Hamilton żar iċ-ċentru tal-Mercedes-AMG Petronas fl-Ingilterra sabiex jiċċelebra s-sitt kampjonat personali tal-Formula 1 u s-sitt kampjonat konsekuttiv tal-kostrutturi għat-tim tiegħu. Hamilton flimkien ma’ Valtteri Bottas u l-maniġer Toto Wolff irringrazzjaw lit-tim tax-xogħol kollu li reġgħu għamlu matul dan l-istaġun.

Hamilton irringrazzja lil dawk kollha li b’xi mod jew ieħor ħadmu fuq il-karozzi li uża matul din is-sena, “Huwa minħabba fikom li qiegħed ngħix din il-ħolma, minħabba fikom irnexxieli nikseb is-suċċessi u qed nilħaq il-miri ta’ ħajti.”

Fil-Grand Prix tal-Istati Uniti l-Mercedes reġgħu għamlu 1-2, fejn Valtteri Bottas rebaħ it-tellieqa u Lewis Hamilton daħal fit-tieni post.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

Nhar il-Ħadd li għadda fil-Grand Prix t’Austin, l-Istati Uniti, Lewis Hamilton rebaħ is-sitt kampjonat tal-Formula 1 fil-karriera tiegħu. Sitt kampjonati li rebaħhom f’perjodu ta’ 11-il sena. Kien fl-2008 meta mal-McLaren…

Formula 1

Il-Brittaniku Lewis Hamilton fuq karozza Mercedes irnexxielu jissiġilla r-rebħ tal-kampjonat 2019 tal-Formula 1 meta fil-Grand Prix tal-Istati Uniti u temm fit-tieni post minkejja li beda t-tellieqa mil-ħames filliera. Dan kien…

Formula 1

Formula 1 – Lewis Hamilton kien l-aktar veloċi fl-ewwel żewġ sessjonijiet tal-provi liberi fil-Grand Prix t’Austin, l-Istati Uniti. Hamilton kien aktar veloċi minn Charles Leclerc tal-Ferrari u Max Verstappen tar-Red…

Formula 1

Il-mument li ħafna partitarji tal-Formula 1 kienu qed jistennew, issa wasal. Ħarġu r-regolamenti li huma mistennija jibdlu l-Formula 1 minn kif nafuh illum, mill-2021 ‘il quddiem. Wara aktar minn sentejn…

Aktar