Formula 1
Lewis Hamilton jibda mill-Pole

Dalgħodu fiċ-ċirkwit ta’ Melbourne, l-Awstralja saru l-provi uffiċjali tal-ewwel tiġrija tal-istaġun mll-Kampjonat tal-Formula 1 2019. Ser ikun iċ-Champion Lewis Hamilton li fuq Mercedes jibda mill-pole position. Fit-tieni post ikklasifika sieħbu tal-Mercedes Valteri Bottas filwaqt li Sebastian Vettel fuq Ferrari ser jibda mit-tielet post.

Il-ħin tal-Brittaniku kien ta’ 1 minuta 20 sekonda .486 li huwa rekord għal dan iċ-ċirkwit.

It-tiġrija ssir għada filgħodu u tibda fis-6.10am ħin lokali.

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League
Aħbarijiet Oħra
Sports Internazzjonali

Raġel minn Wisconsin li lagħab €75,000 li Tiger Woods jirbaħ il-Masters, rebaħ xejn inqas minn €1.13-il miljun. Woods kellu jiġi minn wara biex rebaħ l-ewwel titlu tiegħu fl-aħħar 11-il sena,…

Formula 1

Il-bidu eċċezzjonali li kellhom il-Mercedes f’dan l-istaġun tal-Formula 1 mhuwiex biżżejjed sabiex jikkonvinċi lil Lewis Hamilton li għal darb’oħra t-tim Ġermaniż jista’ jirbaħ il-kampjonat tal-kostrutturi. Skont il-Brittaniku, l-istaġun għadu fil-bidu…

Sports Internazzjonali

F’Sao Paolo, il-Brażil, ġiet organizzata tellieqa b’differenza, fejn karozzi ddisnjati apposta tellqu kontra xulxin f’manjiera diversa mis-soltu. Il-karozzi ma kellhomx magni, u allura t-tluq kien minn fuq rampa, u wara…

Formula 1

Il-Brittaniku tal-Mercedes Lewis Hamilton rebaħ il-Grand Prix taċ-Ċina li sar f’Shangai dalgħodu, Grand Prix li kien l-elf wieħed fl-istorja tal-Formula 1. Hamilton qabeż lil Bottas li kellu l-Pole u qatt…

Aktar