Formula 1
Lewis Hamilton jirbaħ il-Grand Prix ta’ Monaco

Lewis Hamilton kiseb rebħa oħra biex kompla jsaħħaħ l-ewwel post fil-klassifika tal-Formula 1, liema rebħa fiċ-ċirkwit ta’ Monaco huwa ddedika liċ-Chairman mhux eżekuttiv tal-Mercedes Niki Lauda, li miet nhar it-Tnejn li għadda.

Minkejja li kellu problemi fir-roti, Hamilton rebaħ it-tiġrija b’Sebastian Vettel tal-Ferrari jispiċċa t-tieni. Valtteri Bottas ikklassifika fit-tielet post. Max Verstappen li daħal fit-tieni post ikklassifika fir-raba’ post wara li kellu ħames sekondi ta’ penalizazzjoni. Segwew Gasly u Sainz fil-ħames u s-sitt post rispettivament.

Fil-klassifika ġenerali Hamilton jinsab fuq quddiem b’137 punt segwit minn sieħbu tal-Mercedes Valtteri Bottas b’120 punt bil-Ġermaniż tal-Ferrari Sebastien Vettel bi 82 punt fit-tielet post. Fil-klassifika tal-kostrutturi Mercedes fuq quddiem b’257 punt segwiti mill-Ferrari b’ 139 punt.

It-tiġrija li jmiss issir f’Montreal, il-Kanada nhar il-Ħadd 9 ta’ Ġunju.

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

Formula 1: Is-sewwieq Pollakk Robert Kubica ħabbar li fi tmiem il-kampjonat ta’ din is-sena mhux se jibqa’ jsuq mal-Williams. Kubica kien għamel ritorm fil-Formula 1 wara li tmien snin qabel…

Formula 1

Skond rapporti fil-media l-ex sewwieq tal-Formula 1 Michael Schumacher iddaħħal fi Sptar f’Pariġi dan sabiex isirlu trattament mediku sigriet. Schumacher li għalaq 50 sena fit-3 ta’ Jannar ilu ma’ jidher…

Formula 1

F1: Is-sewwieq żagħżugħ ta’ 21 sena Charles Leclerc paxxa lill-ferraristi bl-ewwel rebħa tal-kampjonat 2019 hekk kif rebaħ il-Grand Prix tal-Belġju fi Spa Francochamps. Din kienet ukoll l-ewwel rebħa fil-karriera għas-sewwieq…

Formula 1

Charles Leclerc ser jibda mill-pole position fil-Grand Prix t’għada fi Spa Francorchamps dan wara lil sieħbu Sebastian Vettel 0.738 sekondi li ser jibda mit-tieni post. Mit-tielet posizzjoni ser jibda l-Brittaniku…

Aktar