Formula 1
Lewis Hamilton jirbaħ il-Grand Prix ta’ Monza mimli tensjoni

Is-Sewwieq Brittaniku Lewis Hamilton fuq karozza Mercedes irnexxielu jirbaħ b’konvinzjoni l-Grand Prix ta’ Monza hekk kif issa Hamilton iżied il-vantaġġ fil-quċċata tal-klassifika bi 30 punt fuq Vettel. It-tieni daħal il-Finlandiż Kimi Raikonen fuq Ferrari b’Valterri Bottas fuq Mercedes ukoll jitla’ fit-tielet post tal-podju.

Bidu mil-isbaħ għall-ispettaturi newtrali u dawk partitarji tal-Mercedes li żgur ma’ niżilx tajjeb mal-Ferraristi hekk kif wara li ż-żewġ karrozzi Ferrari ta’ Raikonen u Vettel bdew mill-ewwel filliera, Vettell spiċċa spinnja wara impatt mal-Mercedes ta’ Hamilton hekk kif Vettel mar biex jattakka mill-ewwel il-sieħbu Rainkonen li sa dak il-ħin żamm l-ewwel post.

Bis-safety car fuq iċ-ċirkwiet, Vetell daħal sabiex ibiddel in-nose cone u kellu jagħmel rimonta mill-aħħar fejn spiċċa l-Grand Prix quddiem eluf ta’ partitarji tal-Cavallino Rampante fil-ħames post li mmaterjaliżża fir-raba’ post minħabba l-penaliżazzjoni ta’ Verstappen tar-Red Bull.

F’nofs ta’ nhar emozzjonanti għall-aħħar u tensjoni kbira kien Hamilton li qabeż lill-Raikonnen fl-aħħar 10 dawriet sabiex issa estenda n-nixfa ta’ suċċess ta’ karozza Ferrari għal disa’ snin f’Monza, bl-istennija issa estiża għal sena oħra.

Wara r-raba’ post ta’ Vettel, il-ħames spiċċa Max Verstappen, isegwu Romain Grosjean fuq Haas, Esteban Ocon fuq Force India, Sergio Perez Force India, Carlos Sainz fuq Renault u u Lance Stroll fuq Williams fl-10 post.

Fil-klassifika parzjali tas-sewwieqa wara 14 -il Grand Prix l-ewwel Hamilton b’256 punt, Vettel 226 punt u Raikonen 164 punt.
Fil-klassifija parzjali tat-teams Mercedes 415 punt, Ferrai 390, u Red Bull 248.

Il-Grand Prix li jmiss isir f’Singapore fl-14 ta’ Settembru.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

Ser ikunu tliet timijiet tal-Formula 1 li ser jipprovdu l-karozzi tagħhom lill-kumpanija Pirelli sabiex jippruvaw t-tures 18-inch għall-istaġun 2021. Skont Mario Isola, wieħed mid-diretturi tal-Pirelli, “jekk kollox imur kif ippjanat,…

Formula 1

Il-bidu eċċezzjonali li kellhom il-Mercedes f’dan l-istaġun tal-Formula 1 mhuwiex biżżejjed sabiex jikkonvinċi lil Lewis Hamilton li għal darb’oħra t-tim Ġermaniż jista’ jirbaħ il-kampjonat tal-kostrutturi. Skont il-Brittaniku, l-istaġun għadu fil-bidu…

Formula 1

Il-Brittaniku tal-Mercedes Lewis Hamilton rebaħ il-Grand Prix taċ-Ċina li sar f’Shangai dalgħodu, Grand Prix li kien l-elf wieħed fl-istorja tal-Formula 1. Hamilton qabeż lil Bottas li kellu l-Pole u qatt…

Formula 1

Charles Leclerc rebaħ l-ewwel pole position tal-karriera tiegħu fl-età ta’ 21 sena u 166 ġurnata meta fuq iċ-ċirkwit ta’ Bahrain issorprenda bil-karozza Ferrari. L-Iscuderia kienu b’saħħithom mill-provi tal-bieraħ, b’Leclerc ikun…

Aktar